3M DBI SALA 7234034 Manual De Instrucciones página 142

Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 48
2.4
PERIKLI: L-użu ta' dan it-tagħmir f'żoni b'perikli ambjentali jista' jkun li jeħtieġ prekawzjonijiet addizzjonali biex jiġu
evitati korriment għall-utent jew ħsara lit-tagħmir. Il-perikli jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: ħafna sħana,
kimiċi kawstiċi, ambjenti korrużivi, linji tal-elettriku b'vultaġġ għoli, gassijiet splussivi jew tossiċi, makkinarju li jitħarrek,
jew materjali li jkunu aktar 'il fuq li jistgħu jaqgħu u jagħmlu kuntatt mal-utent jew mas-sistema ta' twaqqif ta' waqgħa
mill-għoli.
2.5
SPAZJU GĦALL-WAQGĦA (FALL CLEARANCE): Figura 3 turi l-komponenti ta' Twaqqif ta' Waqgħa mill-Għoli. Għandu
jkun hemm biżżejjed Spazju għall-Waqgħa (Fall Clearance - FC) taħt l-utent biex tkun tista' tiġi mwaqqfa waqgħa qabel
ma l-utent jaħbat mal-art jew xi ostaklu ieħor. Il-Clearance hija affettwata min-numru ta' fatturi li jinkludu: Il-Post tal-
Ankraġġ, (A) Tul tal-Lanyard, (B) Distanza ta' Deċellerazzjoni tal-Lanyardjew Distanza Massima tat-Twaqqif tal-SRL), (C)
Kemm jinġibed l-Irbit tas-Sikurezza u Tul u Ssettiljar tad-D-Ring/Konnettur (tipikament Fattur ta' Sigurtà ta' 1 m). Irreferi
għall-istruzzjonijiet inklużi mas-subsistema tiegħek tat-Twaqqif ta' Waqgħa mill-Għoli għal speċifikazzjonijiet marbuta mal-
kalkolu tal-Ispazju għall-Waqgħa.
2.6
WAQGĦAT BI TBANDIL (SWING FALLS): Il-Waqgħat bi Tbandil iseħħu meta l-punt tal-ankraġġ ma jkunx direttament fuq
il-punt fejn isseħħ il-waqgħa (ara Figura 4). Il-forza tad-daqqa ma' oġġett waqt waqgħa bi tbandil tista' tikkawża korriment serju
jew mewt. Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta' ankraġġ. Tħallix li ssir
waqgħa bi tbandil jekk hemm possibilità ta' korriment. Waqgħat bi tbandil iżidu b'mod sinifikanti l-clearance meħtieġa meta jiġi
użat Apparat li Awto-Jinġibed Lura jew subsistema oħra li tuża konnessjoni b'tul varjabbli.
2.7
KOMPATIBILITÀ TAL-KOMPONENTI: It-tagħmir ta' 3M huwa maħsub għall-użu ma' komponenti u subsistemi
approvati ta' 3M biss. Sostituzzjonijiet jew bdil li jsiru b'komponenti jew subsistemi mhux approvati jistgħu jipperikolaw
il-kompatibbilità tat-tagħmir u jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-sistema sħiħa.
2.8
KOMPATIBBILITÀ TAL-KONNETTURI: Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta' konnessjoni
meta jkunu ġew iddisinjati biex jaħdmu flimkien, b'mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx il-mekkaniżmi tal-
bibien (gate mechanisms) tagħhom jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw ruħhom. Ikkuntattja lil
3M jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar kompatibbilità.
Il-konnetturi (ganċijiet, carabiners, u D-Rings) għandhom ikunu kapaċi jifilħu għal tal-anqas 5,000 libbri (22.2 kN). Il-
konnetturi jridu jkunu kompatibbli mal-komponenti tas-sistema ta' ankraġġ jew ma' dawk ta' sistemi oħra. Tużax tagħmir
li mhuwiex kompatibbli. Il-konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu jinħallu b'mod mhux intenzjonat (Ara Figura 5).
Il-konnetturi għandhom ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u saħħa. Jekk l-element ta' konnessjoni li miegħu jkun marbut
snap hook jew carabiner ikun ta' qies żgħir jew ikollu forma irregolari, tista' tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta'
konnessjoni japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook jew carabiner (A). Din il-forza tista' tikkawża li l-bieba (B) tinfetaħ, u
tippermetti li s-snap hook jew carabiner jinħallu mill-punt tal-konnessjoni (C).
Snap hooks u carabiners self-locking huma meħtieġa minn ANSI Z359 u OSHA.
2.9
KIF TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma' dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip self-
locking (jissakkru waħedhom). Kun żgur li l-konnessjonijiet huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Tużax tagħmir li
mhuwiex kompatibbli. Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin.
Il-konnetturi ta' 3M (snap hooks u carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet għall-utent
tal-prodott ta' kull wieħed minnhom. Ara Figura 6 għal eżempji ta' konnessjonijiet mhux xierqa. Tikkonnettjax snap hooks
u carabiners:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B.
B'mod li jkun jista' jirriżulta f'tagħbija fuq il-bieba (gate). Throat snap hooks kbar m'għandhomx jiġu kkonnettjati ma'
D-rings ta' qies standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba jekk il-ganċ jew id-D-ring jitmejlu jew
iduru, sakemm is-snap hook użat ma jkunx mgħammar b'bieba ta' 3,600 lb (16kN). Iċċekkja l-marki fuq is-snap hook
tiegħek biex tivverifika li hu xieraq għall-applikazzjoni tiegħek.
C.
F'rabta falza (false engagement), fejn elementi li jisporġu mis-snap hook jew carabiner jaqbdu fuq l-ankra, u
mingħajr konferma viżwali jidhru li jkunu mqabbdin tajjeb mall-punt tal-ankraġġ.
D.
Ma' xulxin.
E.
Direttament mal-webbing jew il-lanyard tal-lanyard jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur kemm
għal-lanyard kif ukoll għall-konnettur ma jippermettux speċifikament tali konnessjoni).
F.
Ma' kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b'mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jissakkrux, jew li jista' sseħħ roll-out.
G.
B'mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
142
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido