Mennekes 07-000137 Manual De Instrucciones página 60

Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 20
Użu korrett
Il-kejbil tal-iċċarġjar għandu jintuża sabiex tiċċarġja vetturi
elettriċi u ibridi ma' stazzjonijiet tal-iċċarġjar xierqa. Mhux
permess tużah għal skopijiet oħra. Il-kejbil tal-iċċarġjar huwa
biss sigur jekk issegwi l-istruzzjonijiet f'dan il-manwal tat-
tħaddim.
Qabel ma tuża l-kejbil tal-iċċarġjar, aqra dan il-manwal
u segwi l-istruzzjonijiet.
Barra minn dan il-manwal, iżgura li tkun qrajt ukoll
id-dokumenti pprovduti mal-vettura tiegħek.
Il-kejbil tal-iċċrġjar tista' tiġrilu l-ħsara jekk tinjora dan
il-manwal. Barra minn hekk, jistgħu jinħolqu perikli bħal
xokkijiet elettriċi, ixxortjar jew nirien.
Użu skorrett
Jekk il-kejbil ma jintużax kif suppost, hemm aktar ċans ta'
danni materjali u problemi tas-saħħa.
Dejjem evita l-punti li ġejjin:
„ Modifikazzjoni/manipolazzjoni tal-kejbil tal-iċċarġjar.
„ Konnessjoni tal-kejbil tal-iċċarġjar f'sokits mhux
adegwati.
„ L-użu ta' kejbils difettużi.
L-utent, u mhux il-manifattur, jaħti għal kull korriment ta'
persuni u danni materjali li jirriżultaw minn użu skorrett.
Jekk jogħġbok innota li aħna m'għandna ebda kontroll fuq
żbalji fit-tħaddim jew konnessjoni.
Id-ditta MENNEKES Stecker GmbH & Co. KG ma taċċetta
ebda responsabbiltà għal danni jew ħsarat ikkawżati minn
użu skorrett.
Noti importanti dwar is-sigurtà
„ Tħallix il-kejbil tal-iċċarġjar f'idejn tfal!
„ Żomm il-kejbil 'il bogħod minn annimali.
„ Il-kejbil tal-iċċarġjar għandu jiġi konness f'sokits
apposta biss.
„ Tużax adapters jew kejbils ta' estensjoni.
„ Tużax il-kejbil tal-iċċarġjar f'atmosferi
potenzjalment esplużivi fejn ikun hemm likwidi
kumbustibbli, gassijiet jew trabijiet – Periklu ta'
splużjoni u nar!
Osserva l-informazzjoni fil-qoxra – Figura 1.
Evita s-sitwazzjonijiet murija hemm. Jekk
tinjora dawn l-istruzzjonijiet, hemm periklu
ta' korrimenti u danni materjali!
58
Dettalji tekniċi
Kejbil tal-iċċarġjar modalità 3
(tip 2 / tip 1)
Kejbil tal-iċċarġjar modalità 3
(tip GB)
Voltaġġ nominali (tip 2)
Voltaġġ nominali (tip GB)
Voltaġġ nominali (tip 1)
Frekwenza nominali
Kurrent nominali (tip 2 + tip 1)
Kurrent nominali (tip GB)
Qawwa tal-iċċarġjar
Tip ta' protezzjoni
Temperatura ambjentali
Temperatura tal-ħażna
f Osserva wkoll il-pjanċa tat-tip fuq is-sokit tat-tagħmir tal-
iċċarġjar.
Tħaddim
AVVIŻ
Kejbil difettuż – Periklu fatali minn xokk elettriku!
Jekk tuża kejbils difettużi, toħloq periklu ta' mewt jew
korrimenti gravi.
f Iċċekkja l-kejbil tal-iċċarġjar għal danni (eż. tiċrit) qabel
kull użu. Jekk il-kejbil ikun difettuż, ibdlu ma' wieħed
ġdid.
f Tqabbadx il-kejbil tal-iċċarġjar ma' adapters jew
estensjonijiet.
Ibda l-iċċarġjar
Osserva l-informazzjoni fil-qoxra – Figura 2.
L-iċċarġjar jista' jibda hekk malli tqabbad il-kejbil bejn
l-istazzjon tal-iċċarġjar u l-vettura elettrika.
Osserva wkoll id-dokumentazzjoni tal-vettura tiegħek.
Standard IEC 61851
Standard IEC 62196
Standard GB/T 20234
mass. 480 V AC
mass. 440 V AC
mass. 250 V AC
50 Hz / 60 Hz
20 A / 32 A
16 A / 32 A
4.6 – 22 kW
IP20 (mhux ipplaggjat)
IP44 (ipplaggjat)
IP44 (b'għatu protettiv)
-30 ... +50 °C
-30 ... +50 °C
Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

07-00013607-000135Proofbox typ fMode 3 typ 2 20a 3ph 7.5m

Tabla de contenido