Siemens SIMATIC Distributed I/O system ET 200SP Manual Del Usuario página 62

Ocultar thumbs Ver también para SIMATIC Distributed I/O system ET 200SP:
Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 20
Riċiklaġġ u rimi
Biex it-tagħmir antik tiegħek jintrema u jiġi rriċiklat b'mod li jirrispetta l-ambjent, ikkuntattja kumpanija ċertifikata li
tamministra l-iskart elettroniku mormi. Armi l-prodott skont ir-regolamenti li japplikaw f'pajjiżek.
Aċċessorji
L-informazzjoni dwar l-aċċessorji approvati tinsab fid-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/84133942)
Sigurtà funzjonali
AVVIŻ
Periklu għan-nies u l-ambjent
Sabiex jiġi evitat li jkun hemm periklu għan-nies u l-ambjent, m'għandek assolutament qatt taqbeż il-funzjonijiet ta' sigurtà
jew tieħu miżuri li flimkien jikkawżaw jew jirriżultaw f'qabża tal-funzjonijiet ta' sigurtà. Il-manifattur ma jassumix
responsabbiltà għall-konsegwenzi ta' tali tbagħbis jew għal ħsara li tirriżulta minn nuqqas ta' osservazzjoni ta' din it-twissija.
Għal funzjonijiet rilevanti għas-sigurtà, wettaq valutazzjoni tas-sigurtà tas-sistema kollha, inklużi l-komponenti kollha rilevanti
għas-sigurtà.
Għal 'fail-safe I/O', osserva n-noti u t-twissijiet fid-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/84133942), speċjalment għal:
Konnessjoni/tqabbid ta' wajers
Konfigurazzjoni ta' parametri
Indikaturi tal-istatus u tal-iżbalji u allarmi
Manutenzjoni (iċċekkjar rikorrenti, aġġornament tas-softwer/firmwer)
Iċċekkjar għall-funzjonament xieraq
Technical specifications
Il-każijiet ta' applikazzjoni biex tinkiseb il-klassi ta' sigurtà meħtieġa (SIL) jinstabu fid-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/84133942).
AVVIŻ
Iċċekkjar tal-istatus tal-firmwer għall-ammissibbiltà F
Meta tuża verżjoni tal-firmwer ġdida, iċċekkja jekk il-verżjoni tal-firmwer hijiex approvata għall-FI/O rispettiv.
Fl-appendiċi taċ-ċertifikat (https://support.automation.siemens.com/WW/view/en/49368678/134200) għal SIMATIC Safety
ssib informazzjoni dwar liema verżjoni tal-firmwer hija permessa.
Iżgura li l-kapaċità F hija attivata għall-F-CPUs.
Fil-każ ta' FI/O, l-indirizz tal-PROFIsafe għandu jiġi ssettjat jew assenjat.
Wettaq testijiet funzjonali għall-funzjonijiet ta' sigurtà skont il-kompitu ta' awtomazzjoni tiegħek. Dawn jistgħu jintużaw biss
b'mod produttiv ladarba tkun ġiet żgurata s-sekwenza korretta tal-funzjonijiet rilevanti għas-sigurtà.
Distributed I/O system ET 200SP
A5E51666989-AA, 03/2022
61
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido