3M Protecta Trigger 1200314 Manual Del Usuario página 121

Ocultar thumbs Ver también para Protecta Trigger 1200314:
Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 40
Jekk l-element ta' konnessjoni li miegħu jkun marbut snap hook jew carabiner ikun ta' qies żgħir jew ikollu forma
irregolari, tista' tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta' konnessjoni japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook jew
carabiner (A). Din il-forza tista' tikkawża li tinfetaħ il-bieba (B), u tippermetti li s-snap hook jew carabiner jinħallu
mill-punt tal-konnessjoni (C).
2.5
BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma' dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip
self-locking (jingħalqu waħedhom). Żgura li l-konnessjonijiet kollha huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Tużax
tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin. Il-konnetturi
ta' 3M (snap hooks u carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-prodott għall-
utent ta' kull wieħed minnhom. Ara Figura 5 għal eżempji ta' konnessjonijiet mhux xierqa. Tikkonnettjax snap hooks u
carabiners:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B.
B'mod li jkun jista' jirriżulta f'tagħbija fuq il-bieba (gate). Throat snap hooks kbar m'għandhomx jiġu kkonnettjati
ma' D-rings ta' qies standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba (gate) jekk il-ganċ jew id-D-
ring jitmejlu jew iduru, sakemm is-snap hook użata ma tkunx mgħammra b'bieba ta' 16 kN (3,600 libbra).
C.
Meta jkun hemm tagħqid falz (false engagement), fejn il-qies jew il-forma tal-konnetturi li jidħlu ġo xulxin
mhumiex kompatibbli u, mingħajr konfermazzjoni viżwali, il-konnetturi jidhru li jkunu kompletament magħluqin.
D.
Ma' xulxin.
E.
Direttament mal-webbing jew il-ħabel tal-lanyard jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur kemm
għal-lanyard kif ukoll għall-konnettur ma jippermettux speċifikament tali konnessjoni).
F.
Ma' kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b'mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jillokkjawx, jew jekk jista' jsir roll-out.
G.
B'mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
3.0 INSTALLAZZJONI U AĠĠUSTAMENT
3.1
IPPJANAR: Ippjana s-sistema tiegħek għall-protezzjoni kontra l-waqgħat qabel tibda x-xogħol tiegħek. Ikkunsidra
l-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u wara waqgħa. Ikkunsidra l-ħtiġijiet u
l-limitazzjonijiet kollha kif speċifikati fl-1 Taqsima.
3.2
ANKRAĠĠ: Agħżel post ta' ankraġġ b'riskji minimi ta' waqgħat liberi u waqgħat bit-tbandil (ara l-1 Taqsima). Agħżel
punt ta' ankraġġ riġidu kapaċi li jiflaħ it-tagħbijiet statiċi speċifikati fl-1 Taqsima.
3.3
KONNESSJONI GĦALL-APPOĠĠ TAL-ĠISEM: Irbit / Lanyard għall-Ippożizzjonar tax-Xogħol irid jintuża ma' Arneżi
ta' mal-Ġisem Kollu jew Ċinturin ta' mal-Ġisem. Għal applikazzjonijiet tal-Irbit, qabbad il-Lanyard mal-Element tal-
Aċċessorji (D-Ring) xieraq fuq l-arneżi jew fuq iċ-ċinturin. Irreferi mal-istruzzjonijiet inklużi mal-arneżi jew iċ-ċinturin
tiegħek għal applikazzjonijiet oħra għall-protezzjoni mill-waqgħat u l-konnessjonijiet rakkomandati.
3.4
QABBAD MAL-LANYARD TAL-IPPOŻIZZJONAR TAX-XOGĦOL: Meta tqabbdu, żgura li ma jistax ikun hemm roll-
out. (Ara Sezzjoni 2.5 "Konnessjonijiet.") Ir-roll-out iseħħ meta l-interferenza li jkun hemm bejn il-ganċ u l-konnettur
li jaqbel (mating connector) tikkawża li l-bieba tal-ganċ tinfetaħ u tirrilaxxa b'mod mhux intenzjonat.
PASS 1:
Qabbad il-Konnettur ta' Appoġġ tal-Ħabel li jaqfel (Ara Figura 1) mad-D-Ring fuq in-naħa tax-xellug jew
tal-lemin li jinsab fuq iċ-ċinturin tal-ġisem (body belt) jew l-irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu tal-
operatur.
PASS 2:
Poġġi l-lanyard madwar ankraġġ sigur li hu kapaċi jirreżisti tagħbijiet ta' 12 kN (2 698 lb) jew aktar.
Ivverifika li l-lanyard hija ssikkata b'tali mod li ma tistax tiżloq 'l isfel jew taqbeż il-punt tal-ankraġġ.
PASS 3:
Qabbad il-Konnettur mal-Ġisem tal-lanyard (Ara Figura 1) mad-D-Ring tan-naħa opposta. Meta jkun
imqabbad, is-snap hook jew il-bieba tal-carabiner trid tkun tħares 'il barra u lil hinn mill-utent.
PASS 4:
Biex tqassar il-ħabel, iġbed it-tarf direttament lejn il-punt ta' ankraġġ. (Figura 6)
PASS 5:
Ħalli l-ħabel jgħaddi minn ġol-aġġustatur waqt li sserraħ lura. Itlaq l-aġġustatur meta jkun
fil-pożizzjoni mixtieqa. (Figura 7)
PASS 6:
Ikkonferma li hemm ankraġġ sigur, konnessjonijiet u aġġustament tal-ħabel xierqa:
• Saħħa tal-ankraġġ adegwata.
• Snap hook u carabiner imqabbda kif suppost mal-irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu jew iċ-ċinturin tal-
ġisem.
• Il-lanyard ma tistax tiżloq 'l isfel jew taqbeż il-punt ta' ankraġġ.
• Il-lanyard hija tensjonata b'mod korrett.
;
Tużax is-snap hook jew carabiner biex torbot lura mal-ħabel. Iż-żewġ konnetturi jridu jkunu mqabbda mad-D-Rings tan-
naħa x-xierqa. Qatt tuża l-Lanyard tal-Ippożizzjonar tax-Xogħol Aġġustabbli b'konnettur wieħed biss imqabbad mal-irbit
tas-sikurezza għall-ġisem kollu.
4.0 OPERAT
;
L-utenti li qed jużaw il-Lanyards (Lanyards) għall-ewwel darba jew dawk li ma tantx jużawhom għandhom
jaqraw l-"Informazzjoni dwar is-Sigurtà" fil-bidu ta' dan il-Manwali qabel jużaw il-Lanyard.
4.1
SPEZZJONI MILL-ĦADDIEM: Qabel kull użu, ispezzjona l-Lanyard skont il-lista ta' kontroll tal-ispezzjoni fir-
Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2). Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew tindika li
l-Lanyard kien soġġett għal xi ħsarat jew forzi ta' waqgħat, il-Lanyard irid jitneħħa mis-servizz u jinqered.
4.2
OPERAT: Dejjem qabbad it-Tarf tal-Appoġġ tal-Ġisem tal-Lanyard mal-Arneżi ta' Mal-Ġisem Kollu jew iċ-Ċinturin ta'
Mal-Ġisem l-ewwel u mbagħad qabbad il-punt tat-Tarf ma' ankraġġ adattat. Dejjem imminimizza l-ammont ta' laxk fil-
lanyard viċin periklu ta' waqgħat billi taħdem kemm tista' viċin l-ankraġġ. Ara t-Taqsima 3 għad-dettalji dwar l-appoġġ
tal-ġisem u l-konnessjoni tal-ankraġġ. Iċċekkja regolarment l-elementi tal-irbit u / jew l-aġġustament waqt l-użu.
121
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido