Uża sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa (eż. lanyard) waqt li tqabbad jew tiskonnettja s-sleeve mal- jew mill-ħabel
li jġorr. Kun ċert li tlesti tqabbad is-sleeve mal-ħabel qabel tneħħi s-sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa sekondarja.
Tużax is-Sleeve tal-Ħabel li Tista' Tinqala' ta' Cabloc bħala tagħmir ta' ppożizzjonar tax-xogħol. Uża tagħmir ta'
ppożizzjonar tax-xogħol xieraq fejn neċessarju.
L-immaniġġjar tas-sleeve matul it-tlugħ jew l-inżul jesponi lill-ħaddiem għal perikli ta' waqgħa.
TLUGĦ: Biex titla' s-sellum itla' fi lwaqt li żżomm tliet punti ta' kuntatt f'kull ħin (b'idejk u saqajk). Is-Sleeve tal-Ħabel li Tista'
Tinqala' ta' Cabloc se ssegwi lil persuna li qed titla'. Il-ħabel li jġorr joħroġ mill-gwidi tal-ħabel (Figura 1, D) hekk kif jiltaqgħu.
Timmaniġġjax jew tneħħix is-sleeve mill-ħabel li jġorr meta tgħaddi l-gwidi tal-ħabel jew il-qfula tas-sleeve.
INŻUL: Biex tinżel is-sellum inżel bil-mod fi lwaqt li żżomm tliet punti ta' kuntatt f'kull ħin (b'idejk u saqajk). Ħalli lis-
Sleeve tal-Ħabel li Tista' Tinqala' ta' Cabloc "tmexxi" lil persuna li qed tinżel. L-inżul barra mill-pożizzjoni (eż. tistrieħ wisq
lura jew titla' jew tinżel b'mod erratiku) jista' jwassal biex is-sleeve tissakkar mal-ħabel li jaqfel. Jekk is-sleeve tissakkar,
itla' kemm kemm 'il fuq biex is-sleeve ma tibqax imsakkra u mbagħad kompli inżel is-sellum. Erġa' qabbad il-ħabel li jġorr
mal-gwidi tal-ħabel wara li tgħaddi kull gwida tal-ħabel. Timmaniġġjax jew tneħħix is-sleeve mill-ħabel li jġorr
meta tgħaddi l-gwidi tal-ħabel jew jekk is-sleeve tissakkar.
Meta t-tlugħ/inżul jitlesta (ara Figura 2):
Pass 1. Neħħi s-sleeve mill-ħabel billi tiġbed il-pinn tar-rilaxx (G).
Pass 2. Mejjel il-manku (D) għall-pożizzjoni 'l fuq sħiħa tiegħu u dawwar is-sleeve skont l-arloġġ.
Pass 3. Is-sleeve issa tista' titneħħa minn mal-ħabel u tinħażen kif suppost.
4.0 TAĦRIĠ:
4.1
TAĦRIĠ: L-utenti u dawk li jixtru dan it-tagħmir jeħtieġ li jiġu mħarrġa fi l-ħarsien u l-użu korretti ta' dan it-tagħmir kif
deskritt fi d-dettall f'dan il-manwal. Hija r-responsabilità tal-utent u ta' min jixtri dan it-tagħmir li jiżguraw li huma familjari
ma' dawn l-istruzzjonijiet, il-karatteristiċi operattivi, il-limitazzjonijiet tal-applikazzjoni, u l-konsegwenzi ta' użu mhux
xieraq ta' dan it-tagħmir.
Pass 1. Qabbad is-sleeve ma' ħabel li jġorr approvat. Uża rbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu b'D-Ring fuq quddiem u
qabbad is-Sleeve tal-Ħabel li Tista' Tinqala' ta' Cabloc.
Pass 2. Itla' s-sellum sa bejn wieħed u ieħor tliet piedi. B'idejk u saqajk fuq l-istruttura tat-tlugħ, ilwi rkopptejk qisek ħa
tpoġġi bilqiegħda malajr biex tagħmel simulazzjoni ta' waqgħa u tattiva s-sleeve.
Pass 3. Wara li s-sleeve tissakkar, imxi 'l fuq biex is-sleeve ma tibqax imsakkra. Irrepeti Passi 2 u 3 diversi drabi biex
tiff amiljarizza ruħek mal-operazzjoni tas-sleeve.
Pass 4. Inżel is-sellum sal-art u skonnettja s-sleeve. Neħħi s-sleeve minn mal-ħabel.
5.0 ISPEZZJONI
5.1
FREKWENZA:
Ara Figura 2 għall-identifi kazzjoni tal-komponenti deskritti fi l-linji gwida li ġejjin:
•
Qabel Kull Użu: Spezzjona b'għajnejk l-irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu, is-Sleeve tal-Ħabel li Tista' Tinqala' ta' Cabloc,
l-installazzjoni tas-Sistema ta' Ħabel Vertikali ta' Cabloc, u s-struttura tas-sellum. Uża l-linji gwida pprovduti f'sezzjoni 5.3
jew 5.5 biex tiċċekkja s-sistema sal-estent possibbli qabel tqabbadha. Iċċekkja t-tikketta tas-sistema (sezzjoni 8) biex
tivverifi ka li s-spezzjoni annwali hija aġġornata. Jekk hemm dubju dwar il-kondizzjoni tas-sistema, tużahiex.
•
Spezzjoni Formali Minn Żmien Għal Żmien: Spezzjoni formali tas-Sleeve tal-Ħabel li Tista' Tinqala' ta' Cabloc,
l-installazzjoni tas-Sistema ta' Ħabel Vertikali ta' Cabloc, u l-istruttura tas-sellum jeħtieġ li titwettaq mill-inqas darba
fi s-sena minn persuna kompetenti
Ikteb ir-riżultati fl -aħħar ta' dan il-manwal.
•
Wara Waqgħa mill-Għoli: Wara li sseħħ waqgħa b'Sistema ta' Ħabel Vertikali ta' Cabloc, għandha titwettaq spezzjoni
formali tas-sistema kollha minn persuna kompetenti li mhix l-utent. Jeħtieġ li tintuża sistema ta' protezzjoni
kontra waqgħa separata sakemm is-sistema ta' Cabloc tkun qed tiġi spezzjonata. Ara sezzjonijiet 5.3, 5.4 u
5.5. Ikteb ir-riżultati tal-ispezzjoni fi r-Reġistri ta' Spezzjoni u Manutenzjoni fl -aħħar ta' dan il-manwal.
5.2
Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni li hi ta' periklu jew difettiva, neħħi s-Sleeve tal-Ħabel li Tista' Tinqala' ta' Cabloc
jew is-Sistema ta' Ħabel Vertikali ta' Cabloc mis-servizz. Ikkuntattja lil ċentru tas-servizz awtorizzat għat-tiswija jew
eqred is-sleeve. TIPPROVAX TAGĦMEL TISWIJA MHUX AWTORIZZATA. Ikteb ir-riżultati ta' din l-ispezzjoni fi r-Reġistru ta'
Spezzjoni u Manutenzjoni f'dan il-manwal.
5.3
LINJI GWIDA TA' SPEZZJONI - SLEEVE TAL-ĦABEL LI TISTA' TINQALA' TA' CABLOC: Ara Figura 2 għall-
identifi kazzjoni tal-komponenti deskritti fi l-linji gwida li ġejjin:
•
Spezzjona l-manku/assorbitur tal-enerġija/indikatur ta' waqgħa (oġġett D) għal liwi, qsim, u diformitajiet. Il-qfi eli
kollha jridu jkunu mqabbdin b'mod sigur. L-operazzjoni tal-manku u l-kamm trid tkun libera u mingħajr xkiel. Il-molol
iridu jkunu siguri u ta' biżżejjed saħħa biex jiġbdu l-manku 'l isfel.
Il-manku/assorbitur tal-enerġija/indikatur ta' waqgħa se jkunu diformati jekk intużaw għal waqfien ta' waqgħa. Figura
15 turi eżempju ta' manku/assorbitur tal-enerġija//indikatur ta' waqgħa li ma ntużawx għal waqfien ta' waqgħa (1) u
manku/assorbitur tal-enerġija li ntużaw għal waqfien ta' waqgħa u huma diformati (2). Jekk il-manku/assorbitur
tal-enerġija huwa diformat, TUŻAHX. Is-sleeve għandha titneħħa mis-servizz.
•
Spezzjona l-pinn tar-rilaxx (oġġett G) għal operat mingħajr xkiel, u żgura li tirritorna lura għall-pożizzjoni msakkra
meta titlaqha.
1 Persuna Kompetenti: Persuna li għandha għarfi en dwar ir-rekwiżiti, rakkomandazzjonijiet u struzzjonijiet attwali tal-eżaminazzjoni minn żmien għal żmien maħruġa
mill-manifattur li japplikaw għall-komponent, subsistema jew sistema rilevanti.
li mhix l-utent. Ara Sezzjonijiet 5.3 u 5.4 għad-dettalji speċifi ċi tal-ispezzjoni.
1
129