Struzzjonijiet ġenerali dwar is-sikurezza
• Uża l-valvola biss:
- skont l-għan maħsub
- f 'kondizzjoni tajba, mingħajr ħsarat/danni
- b'attenzjoni għas-sigurtà u l-perikli
- fi ħdan il-limiti tagħha, għax inkella tipperikola l-ħajja tan-nies
• L-istruzzjonijiet tal-installazzjoni għandhom jiġu obduti.
• Ħsarat li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza għandhom jiġu kkoreġuti minnufih.
• Il-valvola sferika li tbiddel id-direzzjoni (ball diverter valve) ġiet ikkonċepita għall-firxa
tal-użu msemmi f 'dan il-Manwal għall-Assemblaġġ biss. Kull użu ieħor/l-użu irregolari
jitqies skorrett.
• Ix-xogħol kollu ta' installazzjoni għandu jsir minn professjonisti awtorizzati.
• Il-fittings jintużaw għall-ossiġenu u huma ħielsa minn żjut u griż. Għalhekk il-pakkett
tal-plastik għandu jinfetaħ dritt qabel l-installazzjoni.
• Dan il-Manwal għat-Tħaddim m'għandux jitqies bħala sostituzzjoni għar-regolamenti
nazzjonali dwar il-prevenzjoni ta' inċidenti u r-regolamenti tas-sigurtà speċifiċi tal-
post. Dawn għandhom dejjem preċedenza.
• Meta tħaddem il-fitting, osserva dejjem it-twissijiet speċjali.
• Huwa assolutament projbit li twettaq modifikazzjonijiet fuq il-fitting. Dan japplika
b'mod partikolari għat-tħaffir ta' toqob jew it-twaħħil ta' oġġetti bl-iwweldjar.
• Il-punti li ġejjin għandhom jiġu osservati kull meta titwettaq il-manutenzjoni:
- Waqt xogħlijiet ta' tiswija u manutenzjoni fuq valvoli sferiċi li jbiddlu d-direzzjoni
awtomatikament għandek tiżgura li l-provvista tal-elettriku tad-drajvs tkun
inqatgħet b'mod sikur.
- Jekk is-sistema għandha xi pads tal-pressjoni, żarmahom u iżgura li l-pajpijiet jiġu
żvojtati. Il-persuna li twettaq dan għandha tiġi informata dwar il-perikli li jistgħu
jinqalgħu minn residwi tal-prodott operattiv.
- Għandu jintlibes tagħmir protettiv personali xieraq u suffiċjenti. Dan jinkludi żraben
protettivi, gogils protettivi, ingwanti protettivi, eċċ.
- Għandhom jitwaqqfu miżuri u mezzi xierqa sabiex tiġi eskluża l-possibbiltà ta'
startjar mill-ġdid aċċidentali tas-sistema.
- It-temperatura tal-valvola sferika li tbiddel id-direzzjoni għandha tkun l-istess bħal
tal-kamra.
Assembly and maintenance instructions - 2700 / 2780 / 2781
www.goetze-armaturen.de
mt