3M DBI-SALA 2200094 Manual De Instrucciones Para El Usuario página 191

Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 60
3.
Agħfas il-buttuna (A) biex "tevita l-allarm" u dawwar il-liver (B) lejn il-pożizzjoni "waħħal". Applika forza 'l isfel
fuq il-pads hekk kif is-siġill inizjali jinħoloq, biex tneħħi l-arja eċċessiva minn taħt il-pads. Stenna għall-gauge
tal-vakum (C) biex jindika biżżejjed vakum qabel tirrilaxxa l-forza. Dan jista' jgħin jestendi l-ħajja taċ-ċilindru.
4.
Immonitorja l-labra fuq il-gauge tal-vakum, għal madwar 10 sekondi wara l-installazzjoni. Il-labra għandha tkun
statika, li tindika siġill tal-vakum aċċettabbli u twaħħil mal-ankra. Jekk il-labra tibda nieżla, l-unità għandha
tinqala' billi ddawwar il-liver biex tirrilaxxa l-pożizzjoni. Erġa' ppożizzjona l-ankra tal-vakum u rrepeti Passi 1-4.
5.
Waħħal is-sistema ta' twaqqif ta' waqgħa mill-għoli mal-Ankra tal-Vakum.
Biex twaħħal Ankraġġ tal-Vakum sekondarja: Ara Figura 19 għal referenza. Għat-twaħħil ta' Ankra tal-Vakum
sekondarja permezz ta' Ankra tal-Vakum primarja, segwi l-istruzzjonijiet hawn taħt:
1.
Waħħal il-pajp sekondarju (E) mal-konnettur tal-vakum (C) fuq il-pad tal-Ankra tal-Vakum primarja (A).
Imbagħad, waħħal il-pajp sekondarju (E) mal-konnettur tal-vakum (D) fuq il-pad tal-Ankra tal-Vakum sekondarja
(B).
2.
Qiegħed iż-żewġ pads Ankra tal-Vakum fuq struttura li tikkonforma mar-rekwiżiti elenkati hawn taħt, kif ukoll
dawk elenkati f'Tabella 1.
3.
Agħfas il-buttuna (A) biex "tevita l-allarm" fuq il-pad sekondajra u dawwar il-liver (B) lejn il-pożizzjoni "waħħal".
Applika forza 'l isfel fuq il-pads hekk kif is-siġill inizjali jinħoloq, biex tneħħi l-arja eċċessiva minn taħt il-pads.
Stenna għall-gauge tal-vakum (C) biex jindika biżżejjed vakum qabel tirrilaxxa l-forza.
4.
Immonitorja l-labra fuq il-gauge tal-vakum, għal madwar 10 sekondi wara l-installazzjoni. Il-labra għandha tkun
statika, li tindika siġill tal-vakum aċċettabbli u twaħħil mal-ankra. Jekk il-labra tibda nieżla, l-unità għandha
tinqala' billi ddawwar il-liver biex tirrilaxxa l-pożizzjoni. Erġa' ppożizzjona l-ankra tal-vakum u rrepeti Passi 1-4.
5.
Waħħal is-sistema ta' twaqqif ta' waqgħa mill-għoli mal-Ankra tal-Vakum.
4.0 UŻU
4.1
QABEL KULL UŻU: Kun żgur li s-sit tax-xogħol tiegħek u s-Sistema ta' Twaqqif ta' Waqgħa Personali (PFAS) jissodisfaw
il-kriterji kollha kif definiti f'Sezzjoni 2 u li għandek Pjan ta' Salvataġġ formali fil-post. Spezzjona l-Ankra tal-Vakum skont
il-punti ta' spezzjoni tal-'Utent' kif definiti fuq ir-"Reġistru tal-Ispezzjoni u Manutenzjoni" (Tabella 2). Jekk l-ispezzjoni
tiżvela xi kundizzjoni li hi perikoluża jew difettuża, tużax is-sistema. Neħħi s-sistema mis-servizz u eqridha, jew
ikkuntattja lil 3M biex tibdilha jew issewwiha.
4.2
KONNESSJONIJIET TA' TWAQQIF TA' WAQGĦA MILL-GĦOLI: Is-Sistema tat-Trepied tintuża flimkien ma' Irbit tas-
Sikurezza li Jkopri l-Ġisem Sħiħ u Lanyard li Jassorbi l-Enerġija jew Apparat li Jinġibed Lura Fuqu Nnifsu (SRD).Ankra tal-
Vakum Ikkonnettja l-Kurdun (Lanyard) jew SRD bejn id-D-Ring (Ċirku D) fuq l-EZ-Line Horizontal Lifeline u d-D-Ring fuq
n-Naħa tad-Dahar tal-Harness kif mitlub fl-istruzzjonijiet inklużi mal-Kurdun jew SRD.Ankra tal-Vakum
4.3
WAQT L-UŻU: Jekk jinstema' l-allarm tal-awdjo waqt l-użu, mela kien hemm tibdil fil-provvista jew il-pressa tal-vakum.
Spezzjona viżwalment il-Ankra tal-Vakum. Jekk il-labra tal-gauge tkun fis-sezzjoni l-ħadra, mela s-sistema għandha livell
ta' vakum sigur u se tibqa' sigura sakemm l-interruzzjoni tal-provvista tal-arja tiġi investigata u kkoreġuta.
Għalkemm siġill tajjeb tal-vakum iżomm vakum jaħdem b'mod sigur għal aktar minn 20 minuta, il-gauge tal-vakum
għandu jiġi vverifikat kull ftit minuti waqt l-interruzzjoni tal-provvista tal-arja biex jiġi żgurat livell tax-xogħol sigur. Jekk,
fi kwalunkwe ħin tal-ispezzjoni, il-labra tal-gauge tal-vakum tinsab taħt is-sezzjoni l-ħadra, skonnettjaha mill-Ankra
tal-Vakum malajr kemm jista' jkun hekk kif ikun sigur u spezzjoni s-sistema meta ma tkunx fil-għoli jew meta tkun qed
tintuża sistema primarja ta' protezzjoni minn waqgħa mill-għoli.
5.0
SPEZZJONI
5.1
FREKWENZA TAL-ISPEZZJONI: Il-Ankra tal-Vakum għandu jiġi spezzjonat fl-intervalli definiti f'Sezzjoni 1 u fil-proċess
tar-retifika definiti f'Sezzjoni 5.4. Il-proċeduri ta' spezzjoni huma spjegati fir-"Reġistru ta' Spezzjoni u Manutenzjoni".
(Tabella 2). Spezzjona l-komponenti l-oħra kollha tas-Sistema ta' Protezzjoni Kontra Waqgħa mill-Għoli skont il-frekwenzi
u l-proċeduri definiti fl-istruzzjonijiet tal-manifattur.
;
Huwa rrikmandat li fi Ankra tal-Vakum jiġi mmarkat bid-data tal-ispezzjoni li jmiss wara t-tlestija ta' kull spezzjoni
tat-tagħmir.
5.2
DIFETTI: Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi s-Sistema tat-Trepied mis-servizz
minnufih u kkuntattja lil 3M dwar is-sostituzzjoni jew it-tiswija.Ankra tal-Vakum Tippruvax issewwi s-Sistema ta' Twaqqif
ta' Waqgħa mill-Għoli.
;
Tiswijiet Awtorizzati: 3M jew partijiet awtorizzati bil-miktub biss jistgħu jagħmlu xogħol ta' tiswija fuq dan
l-apparat.
5.3
ĦAJJA TAL-PRODOTT: Il-ħajja funzjonali tas-Sistema ta' Twaqqif ta' Waqgħa mill-Għoli tiġi ddeterminata
mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-manutenzjoni. Sakemm il-prodott jgħaddi mill-kriterji ta' spezzjoni, jista'
jinżamm fis-servizz.
5.4
RETIFIKA: Kull sena, kif miftiehem mal-Protezzjoni Kontra Waqgħat mill-Għoli ta' 3M bil-kitba, il-Ankra tal-Vakum għandha
tiġi spezzjonata u retifikata minn tekniku tas-servizz awtorizzat mill-Protezzjoni Kontra Waqgħat mill-Għoli ta' 3M.
;
Rekwiżiti tal-Ispezzjonijiet: Ir-retifiki kollha għandhom jiġu rreġistrati fuq it-tikketta tal-pad u ddatati.
191
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido