LG PC09SQNSJ Manual Del Usuario página 266

Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 28
• It-tagħmir għandu jinħażen f'żona ventilata tajjeb fejn id-daqs tal-kamra
tikkorrispondi mal-erja tal-kamra kif speċifikata għat-tħaddim.
• It-tubi ta' refriġerant għandhom ikunu protetti jew magħluqa biex tiġi evitata l-
ħsara.
• Konnetturi flessibbli tar-refriġerant (bħal linji ta' konnessjoni bejn l-unità ta' ġewwa
u ta' barra) li jistgħu jiġu spostati waqt operazzjonijiet normali jiġu protetti kontra
dannu mekkaniku.
• Għandha ssir konnessjoni fissa, iwweldjata jew mekkanika qabel ma jinfetħu l-
valvi biex ir-refriġerant jitħalla jaqsam bejn il-partijiet tas-sistema ta'
refriġerazzjoni.
• Għall-installazzjoni tal-prodott, dejjem ikkuntattja ċ-ċentru tas-servizz jew aġenzija
t'installazzjoni professjonali. - Inkella, dan jista' jikkawża nar, xokk elettriku,
splużjoni jew korriment.
• Il-konnessjonijiet mekkaniċi għandhom ikunu aċċessibbli għal xogħlijiet ta'
manutenzjoni.
Tħaddim
• Meta l-prodott jixxarrab (mgħarraq jew mgħaddas) fl-ilma, ikkuntattja Ċentru
Awtorizzat tas-Servizz għal tiswija qabel terġa' tużah. Hemm riskju ta' nirien jew
xokk tal-elettriku.
• Agħmel ċert li tuża biss dawk il-partijiet li huma elenkati fil-lista tal-partijiet svc.
Qatt tipprova tagħmel xi modifikazzjonijiet fit-tagħmir. L-użu ta' partijiet mhux
xierqa jista' jikkawża xokk tal-elettriku, ġenerazzjoni ta' sħana eċċessiva jew
nirien.
• Tmissx, tixgħelx u ssewwix il-prodott b'idejk imxarrbin. Żomm il-plakka f'idejk meta
taqlagħha. Hemm riskju ta' xokk tal-elettriku jew nirien.
• Tpoġġix ħiter jew apparat ieħor tat-tisħin ħdejn il-kejbil tal-elettriku. Hemm riskju
ta' nirien jew xokk tal-elettriku.
• Tħallix ilma jidħol fil-partijiet tal-elettriku. Installa l-unità 'l bogħod minn sorsi tal-
ilma. Hemm riskju ta' nirien, ħsara fil-prodott, jew xokk tal-elettriku.
• Ma għandekx taħżen, tuża jew tippermetti li gass li jaqbad jew kombustibbli jiġi
viċin il-prodott. Hemm riskju ta' nirien.
• Tużax il-prodott fi spazju magħluq sew għal żmien twil. Perreċ il-kamra
regolarment. Jista' jkun hemm nuqqas ta' ossiġenu u għalhekk dan jista'
jipperikola saħħtek.
• Titfaħx ix-xibka ta' quddiem tal-prodott waqt li jkun mixgħul. (Tmissx il-filtru
elettrostatiku, jekk l-unità tkun mgħammra b'dan.) Hemm riskju ta' korriment fiżiku,
xokk tal-elettriku jew ħsara tal-prodott.
• Jekk joħroġ ħoss stramb, riħa stramba jew duħħan mill-prodott. Itfi l-breaker
• Tmissx il-pajpijiet tar-refriġerant u l-pajp tal-ilma jew xi partijiet interni waqt li l-unità tkun
qed topera jew immedjatament wara l-operazzjoni.
ISTRUZZJONIJIET IMPORTANTI GĦAS-SIGURTÀ
(għal R32)
5
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido