3M PROTECTA COBRA Manual Del Usuario página 169

Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 58
4.3
BIEX TIKKONNETTJA MAT-TAGĦMIR TAL-APPOĠĠ GĦALL-ĠISEM: Għal applikazzjonijiet biew titwaqqaf waqgħa
mill-għoli, ikkonnettja mad-D-ring tal-isternu jew dak dorsali li jinsab bejn l-ispallejn fuq in-naħa ta' wara tal-irbit
tas-sikurezza li jkopri ġisem sħiħ (full body harness). Assigura li l-konnessjonijiet huma kompatibbli fil-qies, forma
u saħħa. Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-appoġġ tal-ġisem (body support) għal aktar informazzjoni kif
tagħmel konnessjonijiet.
4.4
BIEX TIKKONNETTJA MAT-TAGĦMIR TA' QBID B'ĦABEL (ROPE GRAB): Uża carabiner biex tqabbad direttament
mat-tagħmir ta' qbid b'ħabel, kun ċert li l-carabiner ma jagħmilx interferenza mal-operat tal-tagħmir ta' qbid b'ħabel. Il-
carabiners għandhom ikunu tat-tip self-closing/self-locking (jingħalqu/jillokkjaw waħedhom). Assigura li l-konnessjonijiet
huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Assigura li l-konnettur mqabbad mat-tagħmir ta' qbid b'ħabel jippermetti biex
il-manku jdur b'mod ħieles, u ma jagħmilx interferenza mal-operat tat-tagħmir ta' qbid b'ħabel.
4.5
KARATTERISTIKA TAL-IPPARKJAR:
A.
Biex tattiva l-karatteristika tal-ipparkjar, erħi l-lieva minn fuq it-tab fuq il-ġenb tat-tagħmir ta' qbid b'ħabel u
ħallih idur minn pożizzjoni vertikali għal dik orizzontali (ara Figura 2).
B.
Il-karatteristika tal-ipparkjar issa tista' tiffunzjona u ma tippermettix li t-tagħmir ta' qbid b'ħabel jimxi 'l isfel
mal-linja tas-salvataġġ. Dan jippermetti li l-utent ikun jista' jibqa' fuq il-linja tas-salvataġġ għal perjodu ta' ħin
mingħajr riskju li t-tagħmir ta' qbid b'ħabel jimxi 'l isfel mal-linja tas-salvataġġ waqt li l-utent ikun qed jaħdem.
It-tagħmir ta' qbid b'ħabel jopera b'mod manwali waqt li l-karatteristika tal-ipparkjar tkun ingaġġata fil-post.
C. B iex tiddiżattiva l-karatteristika tal-ipparkjar, erġa' ħu l-lieva li tillokkja waħedha 'l fuq, waqt li tħalli li t-toqba
fil-lieva taqbad fuq it-tab fil-ġenb tal-pożizzjoni vertikali tat-tagħmir ta' qbid b'ħabel u erħiha minn mal-linja tas-
salvataġġ billi tiġbed il-locking cam 'l fuq.
5.0 SPEZZJONI
5.1
FREKWENZA TA' SPEZZJONI: It-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel u l-Ħabel għandhom jiġu spezzjonati f'intervalli kif definiti
fit-Taqsima 2. Il-proċeduri tal-ispezzjoni huma spjegati fir-"Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni" (Tabella 2) .
Kundizzjonijiet tax-xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista' jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza
;
ta' spezzjonijiet.
5.2
KUNDIZZJONIJIET MHUX SIGURI JEW DIFETTUŻI: Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew
difettuża, neħħi t-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel mis-servizz minnufih u eqirdu biex tevita l-użu aċċidentali. It-Tagħmir ta'
Qbid b'Ħabel u l-Ħbula ma jistgħux jiġi msewwija.
5.3
ĦAJJA TAL-PRODOTT: Il-ħajja funzjonali tat-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel) u l-Ħbula tat-3M hija determinata mill-
kundizzjonijiet tax-xogħol u l-manutenzjoni. It-tul ta' ħajja massima tista' tinfirex fuq medda ta' sena waħda (1) għal
użu qawwi f'kundizzjonijiet estremi sa 10 snin għal użu ħafif f'kundizzjonijiet moderati. Sakemm il-prodott jgħaddi
mill-kriterji tal-ispezzjonijiet, jista' jibqa' jintuża fix-xogħol sa massimu ta' 10 snin.
6.0 MANUTENZJONI, SERVICE, ĦAŻNA U TRASPORT
6.1
TINDIF: Naddaf it-tagħmir ta' qbid b'ħabel u l-linja tas-salvataġġ b'soluzzjoni ta' ilma u sapun ħafif. Ixxotta l-partijiet
tal-hardware b'ċarruta nadifa u niexfa u dendel biex tnixxef għall-arja. Tipprovax tnixxef malajr bl-użu tas-sħana.
Akkumulazzjoni eċċessiva ta' ħmieġ, żebgħa, eċċ. jista' jkun li ma tħallix lit-tagħmir ta' qbid b'ħabel jew lil-linja tas-
salvataġġ jaħdmu tajjeb, u f'każi severi jirriżultaw f'degradazzjoni tat-tagħmir ta' qbid b'ħabel jew il-ħabel sal-punt
li dawn jiddgħajfu u jridu jitneħħew mis-servizz. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-kundizzjoni tat-tagħmir ta' qbid
b'ħabel jew il-linja tas-salvataġġ, jew għandek xi dubju dwar kif tpoġġihom fis-servizz, ikkuntattja lil 3M Fall Protection.
6.2
SERVICE: It-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel u l-Ħabel ma jistgħux jiġu msewwija. Jekk it-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel u l-Ħabel
kienu soġġetti għal forzi ta' waqgħat, jew l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi t-Tagħmir ta'
Qbid b'Ħabel mis-servizz u armih. Ara Sezzjoni 5.1 għall-frekwenza ta' spezzjoni:
6.3
ĦAŻNA/TRASPORT: Aħżen u ttrasporta it-tagħmir ta' qbid b'ħabel u l-linja tas-salvataġġ f'ambjent frisk, xott u
nadif 'il barra mir-raġġi diretti tax-xemx. Evita spazji fejn jista' jkun hemm fwar kimiku. Spezzjona t-tagħmir ta' qbid
b'ħabel u l-linja tas-salvataġġ bir-reqqa wara kull perjodu ta' ħażna fit-tul.
7.0 MARKI
7.1
Figura 12 turi tikketti tal-prodotti fuq it-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel u l-Ħabel. It-tikkettar kollu għandu jkun fil-post u
f'kundizzjoni li jinqraw b'mod tajjeb.
POST: It-tikketta bil-marki tinsab fuq it-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel u taħt ix-shrink tube fuq il-Ħabel. L-informazzjoni
fuq kull tikketta hija kif ġej:
Ara Figura 12: Deskrizzjoni
1
Numru tal-mudell
2
Numru tas-serje
3
Numru tal-lott
4
Indirizz tal-Manifattur
5
Ara l-Istruzzjonijiet
6
Standard Ewrope
7
Marka ta' Konformità Ewropea CE
8
Numru tal-Korp notifikat li se jwettaq il-Konformità mat-tip
9
Tul
10
Xahar tal-manifattura
11
Sena tal-manifattura
12
Indirizz tal-Web tal-Manifattur
Uża ma' Ħabel tal-Linja tas-Salvataġġ b'dijametru ta' 14-16
13
mm (0,55-0,63 in) ta' 3M™ COBRA™ Biss
14
Kapaċità
15
Orjentazzjoni korretta fl-użu
169
Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

500900450090055009006

Tabla de contenido