420
Kapitolu 4
Informazzjoni Regolatorja
Approvazzjonijiet tal-Aġenzija Regolatorja
Il-prodott tiegħek jikkonforma mal-istandards regolatorji li ġejjin:
• FCC-B
• CE
• CCC
• RCM (l-Awstralja/New Zealand)
• ICES Klassi B (il-Kanada)
• EAC
• IEC/UL/EN 60950-1
• Iċċertifikat bħala UL60950/IEC60950/EN60950 f'konformità mal-iskema tat-testijiet
CB
Dan it-tagħmir ġie ttestjat u nstab li jikkonforma mal-limiti għal tagħmir diġitali tal-
Klassi B, skont il-Parti 15 tar-regoli FCC. Dawn il-limiti huma mfassla biex jagħtu
protezzjoni raġonevoli kontra interferenza li tagħmel il-ħsara fl-installazzjonijiet
residenzjali. Dan it-tagħmir jiġġenera, juża u jista' jirradja enerġija tal-frekwenza tar-
radju, u jekk ma jiġix installat u jintuża skont l-istruzzjonijiet, jista' jikkawża interferenza
li tagħmel il-ħsara lill-komunikazzjonijiet tar-radju. Madankollu, ma hemm l-ebda
garanzija li ma sseħħx interferenza f'installazzjoni partikulari. Jekk dan it-tagħmir
jikkawża interferenza lir-riċezzjoni ta' tagħmir tar-radju jew tat-televiżjoni, li jista' jiġi
ddeterminat billi titfi u tixgħel it-tagħmir, l-utent huwa mħeġġeġ jipprova jikkoreġi l-
interferenza permezz ta' waħda jew iżjed minn dawn il-miżuri li ġejjin:
• Erġa' orjenta jew ippożizzjona l-antenna li qed tirċievi s-sinjal.
• Ċaqlaq it-tagħmir 'il bogħod mir-riċevitur.
• Ikkonsulta n-negozjant jew tekniku esperjenzat tar-radju/televixin għal suġġerimenti
addizzjonali.
Avviż: Inti avżat li kull tibdil jew modifika għat-tagħmir li mhijiex approvata
espressament mill-parti responsabbli għall-konformità tista' tħassar il-garanzija tiegħek.
Dan l-apparat diġitali tal-Klassi B jilħaq ir-rekwiżiti tar-Regolamenti Kanadiżi dwar
Tagħmir li Jikkawża Interferenza.
Dan it-tagħmir jikkonforma mal-Parti 15 tar-regoli tal-FCC: It-tħaddim huwa soġġett
għaż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (1) Dan it-tagħmir ma jistax jikkawża interferenza li
tagħmel il-ħsara, u (2) dan it-tagħmir irid jaċċetta kull interferenza li jirċievi, inkluża
interferenza li tista' tikkawża operazzjoni mhux mixtieqa.
All manuals and user guides at all-guides.com
Gwida għall-Utent għal 3M™ Multi-Touch Chassis Display
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.