Siemens SIMATIC HMI Instrucciones De Servicio Resumidas página 62

Ocultar thumbs Ver también para SIMATIC HMI:
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 20
Il-kompatibbiltà elettromanjetika
L-apparat HMI huwa maħsub biex jitħaddem fil-klassi ambjentali industrijali tal-EMC.
Iżgura li l-installazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti dwar l-EMC kif deskritt fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim.
TWISSIJA
Emissjoni ta' interferenza/immunità ta' interferenza
It-tħaddim tal-apparat HMI jista' jikkawża interferenza tar-radju fiż-żona tal-għixien.
Huma meħtieġa miżuri addizzjonali jekk ikunu mistennija interferenzi EMC ogħla fil-post tal-użu minn dawk maħsuba għall-
ambjenti industrijali skont l-EN61000-6-2 (pereżempju l-ESD).
Apparat ATEX/UKEX/IECEx maħsub għall-użu f'żoni potenzjalment perikolużi
Jekk l-apparat huwa maħsub għall-użu f'żona perikoluża (arja arrikkita bil-gass jew taħlita ta' trab u gass), osserva l-
informazzjoni separata dwar dan fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim. L-użu maħsub (eż. Żona ATEX, grad ta' protezzjoni, klassi ta'
temperatura) huwa indikat fuq il-prodott (normalment fuq il-pjanċa tal-identifikazzjoni).
Nota
Bħala regola, ir-rekwiżiti speċifiċi għall-pajjiż għall-operatur japplikaw ukoll meta prodott jintuża f'żoni perikolużi (pereżempju
d-Direttiva 1999/92/KE għall-UE).
Grad ta' protezzjoni IP6x
AVVIŻ
Korriment personali jew ħsara lill-proprjetà minħabba siġilli bil-ħsara
Meta jkunu installati kif suppost, l-apparati integrati għandhom grad ta' protezzjoni IP6x fuq quddiem u l-apparati PRO
għandhom grad ta' protezzjoni IP6x fuq kull naħa. Jekk is-siġilli tal-apparat ikunu bil-ħsara, pereżempju, matul ix-xogħol ta'
manutenzjoni, l-umdità jew il-likwidi jistgħu jidħlu fl-apparat, fl-egħluq jew fil-kabinett. Dan jista' jikkawża short circuit jew
xokk elettriku u jwassal għal korriment personali jew ħsara lill-proprjetà.
Iċċekkja l-apparat u s-siġilli tiegħu għall-integrità qabel l-assemblaġġ. Oqgħod attent/a li ma tagħmilx ħsara lis-siġilli tal-
apparat waqt ix-xogħol ta' assemblaġġ u manutenzjoni.
Displej u touchscreen
AVVIŻ
Korriment personali jew ħsara lill-proprjetà minħabba ħsara fit-touchscreen
L-immaniġġar mhux xieraq, bħall-applikazzjoni ta' forza massiva jew it-tħaddim tal-panel b' oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta,
jista' jagħmel ħsara lit-touchscreen tal-apparat tal-HMI. Jekk xi touchscreen ikollu l-ħsara, dan jista' jwassal għal kwalunkwe
ħaġa minn funzjonament ħażin tas-sistema sa korriment personali.
Osserva n-noti dwar l-immaniġġjar xieraq tat-touchscreen fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim assoċjati. Ibdel minnufih kwalunkwe
apparat li għandu touchscreen difettuż.
Tindif
Naddaf l-apparat biss meta jintefa jew meta l-funzjoni ta' tindif tal-iskrin tkun attivata (dejjem jekk il-funzjoni "Clean Screen"
tkun disponibbli).
Naddaf in-naħa ta' quddiem tal-apparat u, fil-każ tal-apparati PRO, l-għeluq, b'ċarruta niedja. Uża likwidu għall-ħasil tal-platti
jew aġent għat-tindif tal-iskrin bir-ragħwa.
Osserva l-informazzjoni dwar ir-reżistenza kimika (https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/39718396) u l-
informazzjoni supplimentari fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim.
Manutenzjoni u tiswija
Il-prodott ma jeħtieġx manutenzjoni. It-tiswijiet tal-prodott jistgħu jsiru biss mill-manifattur. Osserva l-informazzjoni fl-
istruzzjonijiet tat-tħaddim.
Basic Panels, Comfort Panels, Unified Comfort Panels, Industrial Thin Client, Industrial Flat Panels, Classic Panels
A5E51753485-AA, 03/2022
61
loading