Berner F1/N RP Manual De Instrucciones De Uso Y Mantenimiento página 45

Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 9
QABEL MA TINSTALLAW L-ISPRAYGUN JEW TAGĦMLU XI MANUTENZJONI FUQU AQRAW SEW
DAWN L-ISTRUZZJONIJIET GĦALL-ĠID TAS-SIGURTA' TAL-PERSUNA TAGĦKOM
DAN IL-FULJETT GĦANDU JINŻAMM GĦAL EVENTWALI INFORMAZZJONI LI JISTA' JKOLLKOM
BŻONN IL-QUDDIEM.
Dan il-fuljett huwa parti mill-prodott u hemm bżonn li jiġi merfuh għal kwalsijasi informazzjoni li tistgħu tiġu bżonn il-quddiem. Huwa importanti li taqraw sew
l-avviżi u l-istruzzjonijet ta' dan il-manwal qabel ma tibdew l-installazzjoni, qabel ma tħaddmu dan il-prodott, qabel ma tirregolawħ u qabel ma tagħmlu
kwalunkwe manutenzjoni għax f'dan il-fuljett għandkom issibu indikazzjonijiet importanti dwar is-SIGURTA' GĦALL-UŻU u għal MANUTENZJONI. Din
il-pistola għandha tiġi użata minn persuni kwalifikati u kapaċi jużawha korrettament. Il-manutenzjoni għandha issir biss minn persuni kwalifikati. L-
informazzjoni li ssibu f'dan il-fuljett hija importanti għall-użu korrett tal-prodott u tal-komponenti tiegħu, fih għandkom issibu ċertu tagħrif importanti li min hu
tekniku kwalifikat digà għandu esperjenza tiegħu. F'dan il-fuljett huma imsemmijin il-ligijiet tas-sigurtà attwali tal-pajjiż fejn se jiġi wżat il-prodott. Huwa
importanti li wieħed ikun jaf dawn il-liġijiet u li dawn ir-regoli jiġu segwiti minn min ikun se juża dan il-prodott. Għal aktar informazzjoni, jew biex issolvu
problemi partikolari, irrikorru għand iċ-ċentri awtoriżżati għall-assistenza teknika u manutenzjoni tal-prodott.
Meta tneħħu il-prodott mill-'packing', kunu żguri li l-ispraygun huwa fi stat perfett u li ma għandux sinjali ta' xi daqqiet jew ħsarat oħra, jekk ikollkom xi
dubju, m'għandkomx tużaw il-prodott u ikkuntattjaw mill-ewwel in-negozjant. Il-partijiet tal-'packing' (boroż tal-plastic, jublo, ecc..) għandhom jiġu riċiklati
skond il-liġi u ma għandhomx jitħallew f'postijiet li jistgħu jintmissu minn tfal minħabba li jistgħu ikunu ta' periklu.
Dan il-PRODOTT huwa magħmul biex jiġi wżat bħala spraygun – użu ieħor m'huwiex ikkunsidrat korrett.Il-kumpanija tirrifjuta kwalunkwe responsabbiltà
għal danni jew inċidenti kawżati minn użu mhux korrett tal- ispraygun jew jekk ma jiġux imħarsa l-avviżi imsemmijja dwar is-sigurtà. Fil-każ illi jsir xi
tbagħbis jew tibdil fuq il-prodott mingħajr il-kunsens tal-fabbrikant, il-kumpanija ma tkunx aktar responsabbli tad-danni li jiġu kawżati.
L-ispray gun għandu jintuża f'postijiet xierqa u fejn hemm ventilazzjoni tajba. Speċifikament, il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jintlaħqu fir-rigward tat-tipi
ta' postijiet differenti ta' fejn jista' jintuża:
Postijiet fejn hemm ventilazzjoni tajba, 'il bogħod minn sorsi possibbli ta' qbid tan-nar (partijiet elettriċi, partijiet jaħarqu, fjammi, proċessi ta'
Fuq barra:
makkinarju li jipproduċu x-xrar u/jew partiċelli mdewbin, eċċ...)
Il-ventilazzjoni provduta għandha tilħaq l-istandard UNI EN 16985 fuq bażi tar-rata massima tal-fluss ta' l-ispray u fuq il-konċentrazzjoni tas-
Bini tal-bexx:
solvents li jinsabu fil-prodott użat.
Kmamar oħra:
Skond l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt.
RATA TA' VENTILAZZJONI
cu m/h
5%
20%
Solvents fiż-żebgħa
40%
60%
• TIMMIRA QATT l-ispraygun lejn persuni jew annimali
• TAQBEŻ QATT il-pressjoni massima li jissuííġġerilek il-fabbrikant
• Waqqaf il-pin milli tiżżerżaq bil-flow regulator cap wara kull darba li tużah
• WAQQA DEJJEM IL-PRESSA TA' L-ARJA U NEĦĦI IŻ-ŻEBGĦA MILL-ISPRAYGUN qabel ma żżarma, tnaddaf
Għadd ta' kuluri huma magħmulin bi prodotti kimiċi u jkun fihom solvents li jistgħu jieħdu in-nar faċilment, għalhekk huwa importanti illi dan l-
ispraygun jiġi użat BISS f'postijiet adegwati fejn ikun hemm riċiklu tajjeb ta' l-arja.
Istruzzjonijiet għall-Użu u għall-Manutenzjoni
INFORMAZZJONI ĠENERALI
KIF TOĦROĠ IL-PRODOTT MILL-KAXXA
L-UŻU TAL-PRODOTT
AVVIŻI IMPORTANTI DWAR IS-SIGURTA'
1
5
12
60
48
240
96
480
144
720
RISKJI F' KAŻ TA' UŻU MHUX KORRETT
jew tarma il-prodott
RISKJI GHAS-SAĦĦA
Għadd ta' kuluri huma magħmulin minn prodotti kimiċi li jistgħu jikkawżaw danni lis-saħħa, il-gass tossiku li
joħroġ waqt li jintuża dan l-ispraygun jistà jkun kaġun ta'intossikazzjoni.
Inti OBBLIGAT li tosserva ċertu regolamenti :.
• Aqra SEW l-informazzjoni teknika tal-kuluri li tkun ser tuża qabel ma tibda tisprejja.
• Ilbes DEJJEM ingwanti, nuċċali u maskra bl-active carbon filters biex tipproteġi ġismek u għajnejk mir-
rieħa tossika,minn kuntatt mal-kuluri u mis-solvents
• Dawk li jużaw l-ispray gun għandhom jilbsu ħwejjeġ xierqa, ingwanti u żraben tas-sigurtà biex l-elettriċità
statika tkun ertjata kif għandu jkun, jiġifieri dawn għandhom ikunu ta' l-anqas antistastiċi.
RISKJI TA' NAR U SPLUŻJONIJIET
• Evita kull azzjoni li tistà tkun kawża ta' nar bħal tipjip, sparks u kull riskju elettriku
• Uża biss ma' sustanzi li qegħdin fil-klassi IIB - T4.
• Uża biss ma' sustanzi b'limitu minimu ta' espożizzjoni hu ta' 40 g/cu m jew aktar.
• Jekk dan mhux il-każ, ibdel il-ħtieġa kkalkulata ta' ventilazzjoni skond il-bżonn billi timmoltiplika r-rata ta'
ventilazzjoni determinata bbażata fuq it-tabella b'40 u billi tiddividiha bil-limitu minimu ta' espożizzjoni tas-
sustanza użata (f'g/cu m).
• Kunu żguri illi l-kuluri u is-solvents huma magħmulin minn prodotti kimiċi li jaqbdlu ma' l-ispraygun. Iċċekkjaw
sew l-informazzjoni teknika u tas-sigurtà taż-żewg prodotti biex tkunu ċerti li huma kompatibbli.
• Qabbad is-sistemi ta' l-ispraying u l-oġġett li se jiġi miżbugħ ma' l-earth, jekk dawn ikunu ta' natura mettallika, biex
tnaqqas ir-riskju ta' xrar bħala riżultat ta' elettriċità statika
SPRAYGUN
Rata tal-fluss ta' l-ispray kg/h
10
15
120
180
480
720
960
1440
1440
2160
20
25
30
240
300
360
960
1200
1440
1920
2400
2880
2880
3600
4320
MT
35
420
1680
3360
5040
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido