Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 44

Malti

Twissija dwar is-Sigurtà
AQRA L-INFORMAZZJONI KOLLHA DWAR IS-SIGURTÀ U L-ISTRUZZJONIJIET QABEL
TUŻA DAN IL-PRODOTT.
Jekk ma ssegwix dawn b'mod korrett jista' jirriżulta f'XOKK ELETTRIKU, SPLUŻJONI,
NAR, ĠRIEĦI, MEWT jew ĦSARA FIL-PROPJETÀ.
Imfassal biex jiċċarġja batteriji konvenzjonali tal-aċidu taċ-ċomb ta' 12V (WET, MF, SMF,
CaCa, EFB, AGM u GEL) kif ukoll batteriji kompatibbli tal-litju biss (litju-jone u LiFePO4).
Dejjem irreferi għar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-batterija qabel ma tiċċarġja.
(Xi batteriji tal-litju-jone u batteriji LiFePO4 mhumiex adattati għall-iċċarġjar.
Għal tipi adatttati tal-litju, żgura ruħek li l-batterija hija kompatibbli ma' ċarġ ta' Vultaġġ
ta' 14.5V.
Tiċċarġjax batterija tal-litju billi tuża settings għall-aċidu taċ-ċomb jew batterija tal-aċidu
taċ-ċomb fuq setting tal-litju.
Tiċċarġjax batteriji b'ċellula niexfa jew batteriji li ma jkunux jerġgħu jistgħu jiġu ċċarġjati
Huwa perikoluż li taħdem fil-viċinanzi ta' batterija tal-aċidu taċ-ċomb.
Żgura ruħek li jkun hemm ventilazzjoni adegwata għax gass li jiġi ġġenerat waqt
l-iċċarġjar jista' ikun potenzjalment splussiv jekk jitħalla jakkumula f'żona magħluqa.
Qatt tpejjep jew tħalli fjammi jew xrar fil-viċinanza taċ-ċarġer jew tal-batterija.
Timblukkax il-valv tal-batterija jew il-'vent ports'
Qatt tiċċarġja batterija ffriżata.
Evita l-użu fuq barra u l-espożizzjoni għal likwidi.
Uża biss aċċessorji pprovduti ma' dan iċ-ċarġer jew immanifatturati minn Yuasa għalih.
Splaggja mill-elettriku tal-mejn qabel ma jsir tindif ta' manutenzjoni.
Itfi l-elettriku tal-mejn qabel tagħmel jew taqta' konnessjonijiet mal/mill-batterija.
Evita l-użu ma' kejbil ta' estensjoni.
Tużaħx jekk twaqqgħu jew b'xi mod tagħmillu l-ħsara
Tużaħx jekk xi kejbils ikunu bil-ħsara.
Iżżarmax iċ-ċarġer.
M'għandux jintuża mit-tfal.
Neħħi ġojjelli jew oġġetti tal-metall personali qabel ma tmiss iċ-ċarġer jew il-batterija.
Il-modalità tal-forniment tal-elettriku taċ-ċarġer hija mfassla għall-batteriji biss. Mhux għal użu
ma' xi apparat ieħor.
Meta tuża l-modalità tal-forniment tal-elettriku, tħallix il-konnessjoni tal-polarità bil-maqlub
għat-terminals tal-batterija.
Struzzjonijiet dwar l-użu
Dan iċ-ċarġer huwa pprovdut b'għażliet ta' plaggs interkambjabbli għall-użu fir-RU u fl-UE.
Kif tqabbad iċ-ċarġer mal-batterija tiegħek
Dejjem qabbad iċ-ċarġer tiegħek mal-batterija qabel ma tqabbad mal-elettriku tal-mejn.
Jekk il-batterija tinsab barra mill-vettura:
Qabbad il-wajer aħmar miċ-ċarġer mat-terminal pożittiv (+) tal-batterija.
Qabbad il-wajer iswed miċ-ċarġer mat-terminal negattiv (+) tal-batterija.
184
Tabla de contenido
loading

Productos relacionados para gs yuasa yuasa YCXL12

Tabla de contenido