IKAR HWDB 2 Manual Del Usario página 49

Ocultar thumbs Ver también para HWDB 2:
Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 13
1
It-tagħmir għall-waqgħat mill-għoli skond EN 360:2002/ CSA Z259.2.2 / ANSI / ASSE Z359.1-
2007, Z359.14-2012 huwa tagħmir ta' protezzjoni personali kontra l'waqgħat (TPW), li meta jiġi użat
flimkien ma' arneż għas-sigurtà skond EN 361:2002, CSA Z259.10-06 / ANSI / ASSE Z359.1-2007,
jipproteġi lil dawk il-persuni li xogħolhom jinkludi riskji ta' waqgħat. It- tagħmir għandu jintuża biss kif
ġie intiż.
2.
Jeżisti periklu għall-ħajja jekk l-istruzzjonijiet jiġu injorati. Fil-każ ta' waqgħa waqt li l-utent ikun
marbut mat-tagħmir għall-waqgħat, għandu jiġi meħlus kemm jista' jkun malajr mill-pożizzjoni
mdendla. It-tagħmir magħandux jintuża jekk l-indikatur tal-waqgħat mal-lanyard ritrattabbli ikun
difettuż. Irid ikun hemm pjan ta' salvataġġ eżistenti li jivvaluta kull każ possibli ta' salvataġġ fuq ix-
xogħol.
3.
Kull tagħmir jista jipproteġi biss persuna waħda waqt l-użu tiegħu.
4.
It-tagħmir jista' jintrabat mal-ħolqa ta' fuq id-dahar jew mal-ħolqa ta' fuq is-sider ta' arneż għass-sigurtà
skond EN 361:2002, CSA Z259.10-06 / ANSI / ASSE Z359.1-2007, b' qafla xierqa skond EN 362:2004
/ CSA Z259.12-01/ ANSI / ASSE Z359.1-2007 ma' swivil magħmula apposta (Figura A Punt 1).
5.
Sabiex is-sistema ta' qabda tiġi maqfula mal-qafla bi swivil (ara figura A, punt 3), għandhom jintgħażlu
punti ta' ankraġġ li jifiħu t-toqol neċessarju (eż. punt ta' ankraġġ skond l-EN 795 fl-Ewropa, jew il-valur
ta' 22.2 KN fl-Amerika ta' Fuq).
6.
Dan l-apparat jipproteġi lill-użwarju waqt xogħol fl-ogħli fuq kostruzzjonijiet, bħal torrijiet mibnija minn
kannizzata ta' l-azzar.Il-punt ta' twaħħil tal-lanyard ritrattabbli għandu kemm jista' jkun dejjem ikun 'il
fuq mill-punt ta' twaħħil fuq it-tagħmir ta' protezzjoni personali. Dan il-punt għandu wkoll jintgħażel
b'tali mod li f' każ ta' waqgħa jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' tbandil pendulari.
7.
Jekk matul l-użu tiegħu, l-apparat jiġi marbut mal-ħolqa ta' wara ta' arneż għass-sigurtà, il-qfil bejn l-
arneż u l-punti ta' ankraġġ għandhom dejjem jgħaddu minn fuq u mhux minn taħt id l-użwarju.
8.
Il-leġġibilità tat-tiketti tal-prodott għandha tiġi verifikata qabel kull użu.
9.
Qabel kull użu għandu jsir test funzjonarju, billi tingħata ġibda qawwija 'l barra fuq kull lanyard
ritrattabbli. It-tagħmir għandu jibblokka.L-indikatur tal-waqgħat għandu jiġi eżaminat minn fuq s'isfel
għl kull ma rbit ritrattabbli. Jekk jidher li l-indikatur tal-waqgħat huwa difettuż, dan ma għandux jiġi
utilizzat (ara Figura A, Punt 4).
10. Dan it-tagħmir għall-waqgħat mill-ogħli ma għandux jiġi użat fuq materjal granulari jew sustanzi simili,
fejn wieħed jista' jisprofonda jew jegħreq.
11.
Kull tagħmir għandu jitneħħa mill-użu jekk ikun difettuż minħabba f' xi waqgħa, jew jekk ikun hemm xi
dubji fuq il-kundizzjoni sigura tiegħu. Dan jista' jerġa jintuża biss wara li jiġi kontrollat u ċertifikat li hu
tajjeb għall-użu minn persuna kompetenti li tkun ġiet imħarrġa u awtorizzata mil-manifattur.
12. Huwa projbit li jsir kull tip ta' tibdil jew tiswijiet fit-tagħmir għall-waqgħat mill-ogħli.
13. Jekk il-materjal tal-lanyard ritrattabli juri kull tip ta ħsara, bħal qtugħ, tiċrit, xquq u trufijiet mikula (ara
Figura A, Punt 2),din ma għandhiex tintuża qabel ma tiġi kontrollata, imsewwija u ċertifikata li hi tajba
għall-użu minn persuna kompetenti li tkun ġiet imħarrġa u awtorizzata mil-manifattur.
14. Ir-regolamenti u liġijiet domestiċi tal-pajjiż għandhom jiġu osservati.
15. L-ispazju vojt taħt saqajn l-utent għandu jkun ta' l-anqas 2.0m jekk it-tagħmir ikun ankrat fuq l-utent u
3.8m meta il-punt ta' ankraġġ ikun jinsab fl-istess livell.
16. Dan it-tagħmir jista' jiġi użat f'ambjent b' temperatura li tvarja bejn -30° u +50° Ċelsius skond l- EN
360.
17. It-tagħmir jista' jġorr toqol sa 136 kg.
18. Dan it-tagħmir għandu jitbiegħed minn issaldjar u xrar, nirien, aċidi, soluzzjonijiet kawstiċi u simili.
19. It-tagħmir ma għandu bl-ebda mod jiġi modifikat jew mibdul.
20. Nota: It-tagħmir għall-waqgħat mill-ogħli huwa maħsub biss biex jipproteġi persuni, li jkunu
mħarrġa adekwatament jew tas-sena'. Ma għandux jintuża jekk l-utent ikun taħt influss ta' alkoħol,
drogi u mediċini jew jekk ikollha problemi tas-saħħa (problemi taċ-ċirkolazzjoni jew tal-qalb).
21. Il-ħajja tat-tagħmir għall-waqgħat mill-ogħli tiġi ddeterminata mill-eżaminazzjoni li ssir kull sena. Din
hija ta' madwar 10 snin, iżda tvarja skond l-użu.
Istruzzjonijiet
Is-settur tas-sigurtà
49
MT
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido