Twissija Tal-Fcc - 3M MicroTouch M1700SS Guia Del Usuario

Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 543
Gwida għall-Utent għal 3M™ MicroTouch™ Display M1700SS
Approvazzjonijiet tal-Aġenzija Regolatorja għall-M1700SS Display
Il-prodott tiegħek jikkonforma mal-istandards regolatorji li ġejjin:
FCC-B
CE
UL/cUL
CCC
RCM
Dan it-tagħmir ġie ttestjat u nstab li jikkonforma mal-limiti għal tagħmir diġitali tal-
Klassi B, skont il-Parti 15 tar-regoli FCC. Dawn il-limiti huma mfassla biex jagħtu
protezzjoni raġonevoli kontra interferenza li tagħmel il-ħsara fl-installazzjonijiet
residenzjali. Dan it-tagħmir jiġġenera, juża u jista' jirradja enerġija tal-frekwenza tar-
radju, u jekk ma jiġix installat u jintuża skont l-istruzzjonijiet, jista' jikkawża interferenza
li tagħmel il-ħsara lill-komunikazzjonijiet tar-radju. Madankollu, ma hemm l-ebda
garanzija li ma sseħħx interferenza f'installazzjoni partikulari. Jekk dan it-tagħmir
jikkawża interferenza lir-riċezzjoni ta' tagħmir tar-radju jew tat-televiżjoni, li jista' jiġi
ddeterminat billi titfi u tixgħel it-tagħmir, l-utent huwa mħeġġeġ jipprova jikkoreġi l-
interferenza permezz ta' waħda jew iżjed minn dawn il-miżuri li ġejjin:
Erġa' orjenta jew ippożizzjona l-antenna li qed tirċievi s-sinjal.
Ċaqlaq it-tagħmir 'il bogħod mir-riċevitur.
Ikkonsulta n-negozjant jew tekniku esperjenzat tar-radju/televixin għal suġġerimenti addizzjonali.
Dan l-apparat diġitali tal-Klassi B jilħaq ir-rekwiżiti kollha tar-Regolamenti Kanadiżi
dwar Tagħmir li Jikkawża Interferenza.
Cet appareil numérique de la classe B respecte toutes les exigences du Règlement sur le
matériel brouilleur du Canada.
Dan it-tagħmir jikkonforma mal-Parti 15 tar-regoli tal-FCC: It-tħaddim huwa soġġett
għaż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (1) Dan it-tagħmir ma jistax jikkawża interferenza li
tagħmel il-ħsara, u (2) dan it-tagħmir irid jaċċetta kull interferenza li jirċievi, inkluża
interferenza li tista' tikkawża operazzjoni mhux mixtieqa.

Twissija tal-FCC

Sabiex jiżgura konformità kontinwa mal-FCC, l-utent għandu juża wajer tal-provvista
tad-dawl ertjat u l-kejbil tal-interface tal-vidjow protett ipprovdut bil-qlub tal-ferrite
magħqudin. Jekk ser jintuża kejbil BNC, uża biss kejbil BNC (5) protett. Barra minn
hekk, kull tibdil jew modifika mhux approvata espressament mill-parti responsabbli
għall-konformità tista' tħassar l-awtorità tal-utent li jħaddem dan it-tagħmir.
It-3M Touch Systems mhijiex responsabbli għal kwalunkwe interferenza tar-radju jew
tat-televiżjoni kkawżata mill-użu ta' kejbils u konnetturi oħrajn minbarra dawk
rakkomandati jew minn bidliet jew modifiki mhux awtorizzati għal dan it-tagħmir.
Dokument #19-268
Rev AN
409
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido