Kif Tissettja L-Grill; Qabel Ma Tqabbad Il-Grill; Kif Tqabbad Iċ-Ċilindru Tal-Gass; Kif Tqabbad Il-Pajp Bejn Ir-Regolatur U L-Grill - ROSHULTS BBQ GRIL 300 GAS Manual Del Usuario

Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 50

Kif tissettja l-grill

Poġġi l-grill fuq wiċċ stabbli u lixx. Jekk ikun meħtieġ, aġġusta l-viti tas-saqajn ħalli l-grill ma jitmejjilx u ma jiċċaqlaqx. Il-grill jaħdem l-aħjar meta jkun protett
mir-riħ. Żomm il-grill mill-inqas 60 cm 'il bogħod minn materjali u oġġetti li jistgħu jieħdu n-nar. Żomm iċ-ċilindru tal-gass protett minn xemx diretta u żommu
'l bogħod minn sorsi oħrajn ta' sħana. L-iskrin tal-metall li hu pprovdut għall-protezzjoni taċ-ċilindru tal-gass għandu jintuża.
Iċ-ċilindru tal-gass IRID jitpoġġa biswit il-grill meta jkun qed jintuża. Il-pajp MA GĦANDUX jitħalla jserraħ mal-partijiet jaħarqu tal-grill. Il-pajp m'għandux
jintlewa jew jitħalla jserraħ b'tali mod li jagħmel pressjoni jew jiġbed fuq l-aċċessorji jew il-couplings tiegħu.
JEKK JOGĦĠBOK INNOTA! QATT m'għandek tpoġġi ċ-ċilindru tal-gass taħt il-grill/burners meta l-grill ikun qed tintuża! Dan jista' wkoll iwassal għal grif u brix
fuq il-wiċċ miksi, li jikkawża deterjorament fil-protezzjoni tal-prodott kontra s-sadid.
Qabel ma tqabbad il-grill tal-gass
Qabel ma tuża l-grill għall-ewwel darba, id-dip tray għandu jimtela b'saff oħxon ta' 10 mm ta' materjal li ma jistax jaqbad u li jassorbi x-xaħam, pereżempju
ramel fin ħafna. Dan il-materjal jintuża biex jassorbi x-xaħam u ż-żjut li jistgħu joqtru mill-ikel waqt li jkun qed isir. Jekk ma tpoġġix dan il-materjal fid-drip tray,
dan jista' jikkawża li x-xaħam/żejt jistgħu jaqbdu. Suġġeriment utli hu li tpoġġi fojl tal-aluminjum fid-drip tray biex timmaniġġja r-ramel (jew materjal ieħor)
b'mod iktar faċli.
Nirrakkomandaw li taħsel il-gradilji tal-grill qabel ma tużahom għall-ewwel darba.
Kif tqabbad ċ-ċilindru tal-gass
Dan li ġej hu meħtieġ għall-konnessjoni tal-grill:
Ċilindru tal-gass P6, P11, PC5 jew PC10.
Dawn jistgħu jinxtraw minn aġenti jew ħwienet xierqa u jistgħu jinbidlu jew jimtlew mill-ġdid meta jitbattlu.
Regolatur b'konnessjoni ta' 29-30 mbar.
Pajp intenzjonat għall-użu mal-gass.
Klamps tal-pajp tad-daqs li suppost.

Kif tqabbad il-pajp bejn ir-regolatur u l-grill

Hemm connection nipple fuq in-naħa ta' wara tal-grill. Il-pajp mir-regolatur taċ-ċilindru tal-gass għandu jitqabbad ma' din in-nipple. (Ara figuri 1 u 2.)
Figura 1
Waħħal il-klamp tal-pajp (ara l-figura 3).
Agħfas il-pajp f'postu sal-aħħar żewġ grooves (ara l-figura 4), imbagad imbotta l-klamp tal-pajp 'il fuq u iġbed biex tissikka.
Figura 3
Xi suġġerimenti utli!
Illubrika n-nipple bis-sapun biex b'hekk ikun faċli biex iddaħħal il-pajp f'postu. Rattab il-pajp billi tagħfsu bejn is-saba' l-kbir u s-saba' l-werrej għal ftit drabi.
Dawwar il-pajp fl-istess ħin li tkun qed tagħfsu.
Fis-suq SVEDIŻ, il-pajp għandu jitpoġġa biss "san-nofs" fuq in-nipple, iżda hu importanti li jilħaq mill-inqas tliet grooves. (Figura 4)
4
All manuals and user guides at all-guides.com
Figura 2
Figura 4
Tabla de contenido
loading

Productos relacionados para ROSHULTS BBQ GRIL 300 GAS

Este manual también es adecuado para:

Bbq gril 200 gasBbq gril 100 gas

Tabla de contenido