Aqra Hawn l-Ewwel
Jekk tħalli dan il-prodott fejn ser ikun espost għal temper-
aturi estremament għoljin, bħal f'xi karozza għax-xemx
jew f'xemx diretta, dan jista' jiddeforma l-cabinet u/jew jik-
kawża problemi fil-partijiet interni. Jekk tkompli tuża l-
kompjuter f'dawn il-kundizzjonijiet, dan jista' jwassal għal
xort jew difetti fl-insulazzjoni, eċċ., li sussegwentement
jistgħu jwasslu għal nar jew xokkijiet elettriċi.
Timblukkax it-Toqba tal-Ventilazzjoni
Inkella, ser tifforma ħafna sħana ġol-kompjuter, li possib-
bilment tirriżulta f'nar.
Żomm il-Plakka meta taqla' l- Plakka AC
Jekk tiġbed il-wajer, dan jista' jagħmel ħsara lill-wajer
stess, u jirriżulta f'nar jew f'xokk elettriku.
Iċċaqlaqx Dan il-Prodott Waqt li l-Plakka AC Tkun
Imqabbda
Il-wajer tal-plakka AC jista' jkun fih il-ħsara, li tirriżulta f'nar
jew f'xokk elettriku.
• Jekk il-wajer tal-plakka AC ikun fih il-ħsara, aqla' l-
plakka AC immedjatament.
Uża Biss l-AC Adaptor Speċifikat Ma' Dan il-Prodott
L-użu ta' AC adaptor ħlief dak fornut (imwaħħal mal-pro-
dott tiegħek jew fornut minn Panasonic) jista' jirriżulta
f'nar.
M'Għandekx Tissuġġetta l-AC Adaptor għal
Kwalunkwe Impatt Qawwi
L-użu ta' AC adaptor wara impatt qawwi, bħal wara li
twaqqgħu, jista' jirriżulta f'xokk elettriku, xort, jew nar.
Strieħ Għal 10-15-il minuta Kull Siegħa
L-użu ta' dan il-prodott għal ħin twil jista' jkollu effetti detri-
mentali fuq is-saħħa fuq l-għajnejn jew ta' l-idejn.
Tħarisx ġos-CD/DVD Drajv
Li tħares direttament lejn is-sors tad-dawl laser intern jista'
jirriżulta fi ħsara fil-viżta.
Tużax Diski li Jkunu Mxaqqin jew Deformati
Minħabba li d-diski jduru b'veloċitajiet qawwija, diski li jkun
fihom il-ħsara jistgħu jinqasmu u jikkawżaw korriment.
Prekawzjonijiet (Battery Pack)
Tużax Ma' Kwalunkwe Prodott Ieħor
Il-battery pack jista' jkun iċċarġjat mill-ġdid u kien maħsub
għall-prodott speċifikat. Jekk jintuża ma' prodott minbarra
dak li għalih kien maħsub, jista' jkun hemm tnixxija ta' l-
elettrolit, sħana jew qsim.
Tiċċarġjax il-Batterija Billi Tuża Metodi Ħlief Dawk
Speċifikati
Jekk il-batterija ma tkunx iċċarġjata billi tuża wieħed mill-
metodi speċifikati, jista' jkun hemm tnixxija ta' l-elettrolit,
sħana jew qsim.
Tarmix il-Battery Pack ġon-Nar jew Tesponih għal
Sħana Eċċessiva
Jista' jkun hemm sħana, nar jew qsim.
Evita Sħana Estrema (eż. Qrib in-Nar, f'Xemx Diretta)
Jista' jkun hemm nixxija ta' l-elettrolit, sħana jew qsim.
126
• Diski li mhumiex tondi u diski li ssewwew bl-użu ta'
adeżivi huma perikolużi bl-istess mod, u għalhekk
m'għandhomx jintużaw.
Tgħollix il-Volum Wisq Meta Tkun Qed Tuża l-Head-
phones
Li tisma' b'volum għoli u li jistimula l-widna żżejjed għall-
ħin twil, jista' jtarrxek.
Uża l-Modem ma' Linja tat-Telefon Regolari
Il-konnessjoni ma' linja interna tat-telefon (swiċċijiet fuq il-
post) ta' kumpanija jew uffiċċju kummerċjali, eċċ., jew ma'
telefon pubbliku diġitali, jew l-użu f'pajjiż jew f'żona li ma
tkunx issapportjata mill-kompjuter, tista' tirriżulta f'nar jew
f'xokk elettriku.
Tikkonnettjax Linja tat-Telefon, jew Kejbil tan-Netwerk
Ħlief Dak Speċifikat, ġol-LAN Port
Jekk il-LAN port ikun imqabbad ma' xi netwerk bħal dawk
elenkati hawn taħt, jista' jirriżulta nar jew xokk elettriku.
• Netwerks ħlief 1000BASE-T, 100BASE-TX jew
10BASE-T
• Linji tat-telefon (IP phone (Internet Protocol Telephone),
Linji tat-telefon, linji interni tat-telefon (swiċċijiet fuq il-
post), telefons pubbliċi diġitali, eċċ.)
Tużax filwaqt li Tesponi l-Ġilda għal Dan il-Prodott
għal Ħin Twil
L-użu ta' dan il-prodott billi tesponi l-ġilda għas-sors ta'
sħana ta' dan prodott jew ta' l-AC adaptor għal ħin twil,
jista' jikkawża ħruq ikkawżat minn temperatura relattiva-
ment baxxa.
Tpoġġix il-kompjuter qrib television jew receiver tar-
radju.
Żomm il-kompjuter 'il bogħod minn kalamiti. Id-dejta
maħżuna fuq il-hard disk tista' tintilef.
Kejbil ta' l-Interface
L-użu ta' kejbil ta' interface itwal minn 3 m m'huwiex
rakkomandat.
Iddaħħalx Oġġetti bil-Ponta ġol-Battery Pack,
Tesponih għal Ħbit jew Xokkijiet, Iżżarmahx, u Tim-
modifikahx
Jista' jkun hemm nixxija ta' l-elettrolit, sħana jew qsim.
Tixxortjax il-Punti tal-Kuntatt Pożittivi (+) u Negattivi (-)
Jista' jkun hemm sħana, nar jew qsim. Tpoġġix il-battery
pack flimkien ma' oġġetti bħal ġiżirajjen jew furfiċetti meta
ġġorru jew taħżnu.
Tużax Dan il-Prodott Ma' Battery Pack Ħlief Ma' Dak
Speċifikat
Uża biss il-battery pack speċifikat (CF-W7: CF-
VZSU51W/52W, CF-Y7: CF-VZSU45U) mal-prodott
tiegħek. L-użu ta' battery packs ħlief dawk immanifatturati
u fornuti minn Panasonic jistgħu jikkawżaw periklu għas-
sigurtà (sħana, nar jew qsim).
11-Mt-1