Twissija dwar is-CD/DVD Drajv
ATTENZJONI!
DAN IL-PRODOTT FIH LASER.
L-UŻU TA' KONTROLLI, AĠĠUSTAMENTI JEW PRESTAZZJONI TA' PROĊEDURI MINBARRA DAWK SPEĊIFIKATI HAWNHEKK,
JISTGĦU JIRRIŻULTAW F'ESPOŻIZZJONI PERIKOLUŻA GĦAR-RADJAZZJONI.
M'GĦANDEK TIFTAĦ L-EBDA GĦATA JEW TAGĦMEL XI TISWIJA INTI STESS.
IRREFERI L-MANUTENZJONI LIL STAFF IKKWALIFIKAT.
<Serje CF-W7>
Taħt
Tagħrif għall-Utent
<Għal mudell b'LAN bla wajers u/jew Bluetooth>
Dan il-prodott u s-Saħħa tiegħek
Dan il-prodott, bħal kull apparat tar-radju ieħor, jemetti enerġija elettromanjetika ta' frekwenzi tar-radju. L-ammont ta'
enerġija emessa minn dan il-prodott huwa madankollu ferm inqas mill-enerġija elettromanjetika emessa minn apparat
bla fili bħal ngħidu aħna mobile phones.
Minħabba li dan il-prodott jaħdem skond il-linji gwida li hemm fl-istandards u rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà tal-frek-
wenzi tar-radju, nemmnu li dan il-prodott jista' jintuża mill-konsumaturi mingħajr periklu. Dawn l-istandards u rakko-
mandazzjonijiet jirriflettu l-kunsens tal-komunità xjentifika ka u jirriżultaw minn deliberazzjonijiet ta' panels u kumitati ta'
xjenzjati li kontinwament jirrevedu u jinterpretaw il-litteratura estensiva tar-riċerka.
F'xi sitwazzjonijiet jew ambjenti, l-użu ta' dan il-prodott jista' jkun limitat mill-proprjetarju tal-bini jew minn rappreżentanti
responsabbli mill-organizzazzjoni. Dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jinkludu per eżempju:
L-użu ta' dan il-prodott fuq ajruplani, jew
Fi kwalunkwe ambjent ieħor fejn ir-riskju ta' interferenza għal apparat jew servizz ieħor huwa meqjus bħala wieħed
ta' ħsara.
Jekk inti m'intix ċert mill-politika li tapplika fuq l-użu ta' apparat bla fili f'organizzazzjoni jew ambjent speċifiku (eż.
ajruporti), inti mħeġġeġ li titlob awtorizzazzjoni sabiex tuża dan il-prodott qabel tixgħel dan il-prodott.
Tagħrif Regolatorju
M'aħniex responsabbli għal kwalunkwe interferenza tar-radju jew tat-televiżjoni kkawżata minn modifikazzjoni mhux
awtorizzata ta' dan il-prodott. L-utent huwa responsabbli għall-korrezzjoni ta' l-interferenza kkawżata minn modifika
mhux awtorizzata bħal din. Aħna u l-aġenti jew id-distributuri awtorizzati tiegħu m'aħniex responsabbli għal ħsarat jew
ksur ta' regolamenti tal-gvern li jistgħu jinħolqu minħabba n-nuqqas ta' konformità ma' dawn il-linji gwida.
Batterija tal-Litju
Batterija tal-Litju!
Dan il-kompjuter fih batterija tal-litju sabiex id-data, il-ħin, u kwalunkwe dejta oħra jinżammu maħżuna. Il-batterija għandha
tiġi mibdula biss minn personal tas-servizz awtorizzat.
Twissija! Jeżisti r-riskju ta' splużjoni minħabba installazzjoni jew applikazzjoni ħażina.
<Serje CF-Y7>
Taħt
12-Mt-1
12-1-1
26-Mt-1
15-Mt-1
123