Aqrani L-Ewwel
Tgħollix il-Volum għal Għoli Ħafna Meta Tuża
l-Headphones
Jekk toqgħod tisma' f'volumi għoljin ħafna għal ħinijiet twal,
dan jista' jwassal għal nuqqas ta' smigħ.
Uża l-Modem ma' Linja tat-Telefon Regolari
Tqabbid ma' linja tat-telefon interna (swiċċijiet fuq il-post)
ta' kumpanija jew ufċċju kummerċjali, eċċ. jew ma' telefon
pubbliku diġitali jew użu f'pajjiż jew żona li l-kompjuter ma
jagħrafx, jista' jwassal għal ħruq jew xokk elettriku.
Tqabbadx Linja tat-Telefon, jew Kejbil tan-Netwerk Għajr
Dak Speċi kat, l-Port tal-LAN
Jekk il-port tal-LAN ikun imqabbad ma' xi netwerk bħal xi
netwerk minn t'hawn taħt, dan jista' jwassal għal ħruq jew
xokk elettriku.
Netwerks għajr 1000BASE-T, 100BASE-TX jew 10BASE-T
Linji tat-telefon (IP phone (Internet Protocol Telephone),
Linji tat-telefon, linji interni tat-telefon (swiċċijiet fuq il-post),
telefons pubbliċi diġitali, eċċ.)
Prekawzjonijiet (Pakkett tal-Batterija)
Tużahx Ma' Ebda Prodott Ieħor
Il-pakkett tal-batterija jista' jerġa' jiġi ċċarġjat u kien maħsub
għall-prodott speċi kat. Jekk jintuża ma' prodott għajr dak
li għalih ġie ddisinjat, jista' jkun hemm nixxija ta' electrolyte,
ġenerazzjoni ta' sħana, ħruq jew qsim.
Tiċċarġjax il-Batterija Billi Tuża Metodi Oħrajn Mhux
Speċi kati
Jekk il-batterija ma tiġix iċċarġjata billi jintuża wieħed
mill-metodi speċi kati, jista' jkun hemm nixxija ta' electrolyte,
ġenerazzjoni ta' sħana, ħruq jew qsim.
Tarmix il-Pakkett tal-Batterija f'Nar u Lanqas Ma
Għandek Tesponih għal Sħana Eċċessiva
F'każ li jseħħ dan tista' tiġi ġġenerata sħana, jew ikun hemm
ħruq jew qsim.
Evita Sħana Estrema (Qrib ta' Nar, Xemx Diretta, per
Eżempju)
Jista' jkun hemm nixxija ta' electrolyte, ġenerazzjoni ta'
sħana, ħruq jew qsim.
Iddaħħalx Oġġetti bil-Ponta l-Pakkett tal-Batterija,
Tesponihx għal Daqqiet jew Waqat, Iżżarmawx, jew
Timmodi kahx
Jista' jkun hemm nixxija ta' electrolyte, ġenerazzjoni ta'
sħana, ħruq jew qsim.
Jekk dan il-prodott ikun suġġetti għal impatt qawwi,
għandek tieqaf tużah immedjatament.
Tixxortjax il-Kuntatt Pożittiv (+) man-Negattiv (-)
F'każ li jseħħ dan tista' tiġi ġġenerata sħana, jew ikun hemm
ħruq jew qsim. Tpoġġix il-pakkett tal-batterija ma' oġġetti
oħra bħal ġiżirajjen jew hairpins meta tkun qed iġġorru jew
taħżnu.
Tużax Dan il-Prodott b'Pakkett ta' Batterija Ieħor Jekk
Mhux Dak Speċi kat
Uża biss il-pakkett tal-batterija speċi kat (CF-VZSU46U)
mal-prodott tiegħek. L-użu ta' pakketti tal-batteriji jekk mhux
dawk iffabbrikati jew fornuti minn Panasonic jista' jippreżenta
riskju għas-sigurtà (ġenerazzjoni ta' sħana, ħruq jew qsim).
Meta l-battery pack ikun spiċċa, ibdlu ma' wieħed ġdid
L-użu kontinwu ta' battery pack li jkun spiċċa jista' joħloq liv-
elli għolja ta' sħana, jikkawża nar u jikkawża l-pack li jinfaqa'
jew jisplodi.
Tmissx it-terminals fuq il-pakkett tal-batterija. Il-pakkett
tal-batterija jista' ma jibqax jaħdem tajjeb jekk il-kuntatti
jkunu maħmuġin jew ikollhom ħsara.
Tesponix il-pakkett tal-batterija għall-ilma, u lanqas
m'għandek tħallih jixxarrab.
Jekk il-pakkett tal-batterija ma jintużax għal perjodu ta'
żmien twil (xahar jew aktar), iċċarġja jew battal (uża)
il-pakkett tal-batterija sakemm il-bqija tal-livell tal-batterija
jsir 30% għal 40% u aħżen f'post frisk u xott.
114
Tużax Jekk Ikollok Tesponi l-Ġilda għal Dan il-Prodott
għal Perjodu ta' Żmien Twil
Jekk tuża dan il-prodott u tesponi l-ġilda tiegħek għas-sors
ta' sħana ta' dan il-prodott jew għall-adapter AC għal perjodu
ta' żmien twil, dan jista' jikkawża ħarqa f'temperatura baxxa.
Tpoġġix il-kompjuter viċin ta' televiżjoni jew riċevitur
tar-radju.
Żomm il-kompjuter 'il bogħod minn kalamiti. Dejta
maħżuna fuq il-hard disk tista' tintilef.
Kejbil ta' Interface
L-użu ta' kejbil ta' interface itwal minn 3 m m'huwiex rakko-
mandat.
Dan il-kompjuter jimpedixxi ċċarġjar eċċessiv tal-batterija
billi jiċċarġja biss meta ċ-ċarġ l-batterija tkun inqas minn
bejn wieħed u ieħor 95% tal-kapaċità.
Il-pakkett tal-batterija mhuwiex iċċarġjat meta l-kompjuter
jinxtara għall-ewwel darba. Agħmel żgur li tiċċarġjah qabel
tużah għall-ewwel darba. Meta l-adapter AC jkun imqabbad
mal-kompjuter, il-kompjuter jibda jiċċarġja awtomatikament.
Jekk il-batterija tnixxi u l- uwidu jidħol f'għajnejk, togħrokx
għajnejk. Aħsel għajnejk minnu h b'ilma sa u ara tabib
għal kura medika kemm jista' jkun malajr.
NOTA
Il-pakkett tal-batterija jista' jisħon waqt li l-batterija tkun qed
tiċċarġja jew tintuża. Dan huwa normali.
Iċ-ċarġjar mill-ġdid ma jibdiex jekk it-temperatura interna
tal-pakkett tal-batterija tkun barra l-medda tat-temperatura
permessa (0 °C sa 50 °C).
(
Reference Manual "Battery Power") Ladarba
r-rekwiżit tal-medda permessibbli jiġi sodisfatt, iċ-ċarġjar
jibda awtomatikament. Innota li l-ħin biex il-batterija
tiċċarġja jvarja u dan jiddependi fuq il-kundizzjonijiet t'użu.
(Il-batterija tieħu iktar żmien min-normal biex tiċċarġja
jekk it-temperatura tkun 10 °C jew inqas.)
Jekk it-temperatura tkun baxxa, il-ħin ta' kemm iddum
taħdem jiqsar. Uża biss il-kompjuter l-medda
tat-temperatura permessa.
Dan il-kompjuter għandu funzjoni li biha jista' jaħdem
f'temperaturi għoljin. Din il-funzjoni timpedixxi
d-degradazzjoni tal-batterija f'ambjenti b'temperatura
għolja. (
Reference Manual "Battery Power")
Livell li jikkorrespondi għal ċarġ ta' 100% għal funzjoni ta'
temperatura għolja huwa bejn wieħed u ieħor ekwivalenti
għal livell ta' ċarġ ta' 80% għal funzjoni f'temperatura normali.
Il-pakkett tal-batterija huwa oġġett li jikkonsma ruħu.
Jekk l-ammont ta' żmien li h jista' jitħaddem il-kompjuter
b'pakkett ta' batterija jsir ferm inqas u ċċarġjar ripetut ma
jerġax jagħmel il-prestazzjoni tal-kompjuter kif kienet qabel,
il-pakkett tal-batterija għandu jiġi mibdul b'ieħor ġdid.
Meta ġġorr batterija spare f'pakkett, briefcase, eċċ., huwa
rrikmandat li din titpoġġa f'borża tal-plastik sabiex il-kuntatti
tagħha jibqgħu protetti.
Dejjem it l-kompjuter minn mal-plakka meta ma jkunx
qiegħed jintuża. Jekk tħalli l-kompjuter mixgħul meta
l-adapter AC ma jkunx imqabbad, tbattal il-bqija
tal-kapaċità tal-batterija (
Reference Manual "LAN").