Malti
Approvazzjoni
ATEX
IECEx
Nota
Tista' tqiegħed il-module elettroniku WATCHDOG tal-
kategorija 2G fiż-żona 1, fejn hemm riskju ta' splużjoni.
Muntaġġ
Periklu
Jista' jkun li, waqt xogħol ta' muntaġġ, jkun hemm xrar
kebbiesi, jew li jiżviluppaw temperaturi superfiċjali li
m'humiex permissibbli. Qatt m'għandek tagħmel xogħol ta'
muntaġġ fejn hemm riskju ta' splużjoni!
• Meta tkun qiegħed timmonta, imxi mar-regolamenti ta'
installazzjoni, skond EN 60 079-14.
• Fiż-żona 1, il-module elettroniku WATCHDOG għandu jiġi
mmontat ġewwa kaxxa bi protezzjoni tat-tip Ex e.
• Fiż-żona 2, il-module elettroniku WATCHDOG għandu jiġi
mmontat ġewwa kaxxa bi protezzjoni mill-inqas tat-tip IP
54 (irid ikun hemm dikjarazzjoni tal-manifatturier għaż-żona
2).
Wajering tat-Terminal Module TM-IM/EM, TM-EM/EM
• Meta tkun qed tqiegħed il-kejbil u tiwwajerja, imxi mar-
regolamenti ta' installazzjoni skond EN 60 079-14, kif ukoll
mar-regolamenti speċifiċi għall-pajjiż.
A5E00807410-03
II 2 G and I M2
Ex ib IIC T4; Ex ib I
KEMA 06 ATEX 0086
IECEx KEM 06.0026
Malti
CE
0344