Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 16

MALTI

Introduzzjoni
Elmu tal-iwweldjar huwa xedd ir-ras li jintuża matul ċerti xogħljiet tal-iwweldjar bil-għan li jipproteġi l-għajnejn,
il-wiċċ u l-għonq kontra ħruq, dawl UV, xrar, dawl infra-aħmar u sħana. L-elmu huwa magħmul minn diversi
partijiet (ara l-lista tal-parts tal-bdil) Filtru tal-iwweldjar awtomatiku jikkombina filtru UV passiv u filtru IR passiv
b'filtru attiv, li t-trażmissjoni tad-dawl tiegħu tvarja fil-firxa viżibbli tal-ispettru skont l-intensità tad-dawl mill-ark
tal-iwweldjar. It-trażmissjoni tad-dawl tal-filtru tal-iwweldjar awtomatiku għandha valur inizjali għoli (dawl ċar).
Wara li l-ark tal-iwweldjar jinxtegħel u fi żmien ta' rispons definit, it trażmissjoni tad-dawl tal-filtru tinbidel għal
valur aktar baxx (dawl skur). Skont il-mudell, l-elmu jista' jiġi kkombinat ma' elmu protettiv u/jew ma' sistema PAPR
(Respiratur Mgħammar b'Purifikatur tal-Arja).
Avvizi tas-sigurtà
Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet tat-tħaddim qabel tuża l-elmu. Iċċekkja li l-lenti tal-kaver ta' quddiem hija
mmuntata kif suppost. F'każ li l-iżbalji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati, il-cassette li jipproteġi kontra d-dija m'għandux
jibqa' jintuża. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-distributur uffiċjali tiegħek.
Miżuri ta' prekawzjoni & Restrizzjonijiet protettivi / Riskji
Matul il-proċess tal-iwweldjar jiġu rilaxxati sħana u radjazzjoni, li jistgħu jwasslu għal korrimenti fl għajnejn u fil-ġilda.
Dan il-prodott joffri protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ. Meta tilbes l-elmu, għajnejk se jkunu protetti dejjem
kontra d-dawl ultravjola u infra-aħmar irrispettivament mill-għażla tal-klassi tal-protezzjoni. Sabiex tipproteġi
l-partijiet l-oħra ta' ġismek, jeħtieġ li tilbes ilbies protettiv addizzjonali. F'ċerti ċirkostanzi, il-partikoli u s-sustanzi li
jiġu rilaxxati matul il-proċess tal-iwweldjar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi tal-ġilda f'persuni suxxettibbli
b'mod korrispondenti. Il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ġilda jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi f'persuni
suxxettibbli. L-elmu tal-iwweldjar protettiv jista' jintuża biss għal xogħlijiet ta' wweldjar u ta' tħin u mhux għal xogħlijiet
oħra. Il-manifattur ma jassumi l-ebda responsabbiltà f'każ li l-elmu tal-iwweldjar jintuża għal applikazzjonijiet oħra
mhux previsti jew ma jintużax skont l-istruzzjonijiet tat-tħaddim. L-elmu huwa adattat għall-proċeduri tal-iwweldjar
kollha li diġà huma stabbiliti, minbarra l-iwweldjar bil-gass u bil-lażer. It-twaħħil ta 'kolla jew simili għall-elmu mhux
permess. Jekk jogħġbok ikkonforma mal-livell ta'protezzjoni rrakkomandat skont EN169 li jinsab fuq il-kaver.
L-elmu ma jissostitwixxix elmu protettiv. Skont il-mudell, l-elmu jista' jiġi kkombinat ma' elmu protettiv. L-elmu jista'
jaffettwa l-firxa viżiva minħabba speċifikazzjonijiet kostruttivi (l-ebda viżjoni tal-ġenb jekk wieħed ma jdawwarx
asu) u jista' jaffettwa l-perċezzjoni ta' kulur minħabba t-trażmissjoni tad-dawl tal-filtru li jiskura l-viżjoni b'mod
awtomatiku. B'riżultat ta' dan, il-bozoz tas-sinjali jew l-indikaturi ta' twissija jistgħu ma jidhrux. Barra minn hekk, jeżisti
periklu ta' impatt minħabba daqs akbar (ir-ras bl-elmu). L-elmu jnaqqas ukoll il-perċezzjoni tas-smigħ u tas-sħana.
Twissija: Għall-immarkar ġenerali tal-klassi ta 'sigurtà ta' l-elmu, l-iktar baxx mill-komponenti kollha użati huwa
dejjem deċiżiv. Għal użu f'temperaturi estremi, tagħti attenzjoni lill-ittikkettjar xieraq: FT, BT jew AT. Meta tilbes
nuċċalijiet, ix-xokkijiet jistgħu jiġu trasferiti direttament mill-elmu għar-ras.
Il-modalità tal-irqad
Il-cassette li jipproteġi kontra d-dija għandu funzjoni ta' tifi awtomatiku, li żżid il-ħajja tal-batterija. Jekk id-
dawl jaqa' fuq il-cassette li jipproteġi kontra d-dija għal perjodu ta' madwar 10 minuti b'inqas minn 1 LUX, dan
awtomatikament jintefa. Sabiex terġa' tixgħel il-cassette, dan irid jiġi espost għax-xemx għal ftit minuti. Jekk
il-cassette li jipproteġi kontra d-dija ma jkunx jista' jiġi attivat jew ma jiskurax meta l-ark tal-iwweldjar jinxtegħel,
il-batteriji jridu jiġu ssostitwiti.
Garanzija & Responsabbiltà
Jekk jogħġbok ara l-istruzzjonijiet tal-organizzazzjoni tal-bejgħ nazzjonali tal-manifattur għad dispożizzjonijiet
dwar il-garanzija. Għal aktar informazzjoni f'dan ir-rigward, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-distributur uffiċjali tiegħek.
Il-garanzija tingħata biss għal difetti materjali u difetti li jkunu saru matul il-manifattura. F'każ ta' ħsara kkawżata minn
użu ħażin, intervent mhux awtorizzat, jew użu mhux previst mill-manifattur, il-garanzija u l-klawżola tar-responsabbiltà
ma jibqgħux validi. Bl-istess mod, il-klawżola tar-responsabbiltà u l-garanzija ma jibqgħux validi jekk jintużaw partijiet
al-bdil oħra mhux previsti mill manifattur.
Il-ħajja mistennija tal-prodott
L-elmu tal-iwweldjar m'għandu l-ebda data ta' skadenza. Il-prodott jista' jintuża sakemm ma jkun hemm l-ebda
ħsara viżibbli jew mhux viżibbli jew ikun hemm problemi funzjonali.
Kif għandek tuża l-prodott (Gwida P. 4-5/ Funzjonijiet P. 6-7)
L-issettjar korrett tal-istrixxa tar-ras huwa importanti ħafna għal dan il-prodott, peress li dan huwa l-uniku
mod biex jiġu sfruttati l-vantaġġi tal-firxa tal-viżjoni wiesgħa.
1. Id-daqs/ iċ-ċirkonferenza tal-istrixxa tar-ras. Aġġusta l-istrixxa ta' fuq għad-daqs ta' rasek. Imbotta 'l ġewwa
l-buttuna tar-ratchet u dawwar sakemm l-istrixxa tar-ras titwaħħal b'mod sikur iżda mingħajr pressjoni. Kun ċert
li għajnejk ikunu ppożizzjonati bejn wieħed u ieħor fin-nofs tal-firxa viżiva. (P. 5 Nru.3a)
2. Distanza mill-għajnejn Meta tirrilaxxa l-buttuni tal-illokkjar, id-distanza bejn l-elmu u l-għajnejn tista' tiġi
aġġustata. Ippożizzjona l-elmu kemm jista' jkun qrib għajnejk (aktar ma l-cassette li jipproteġi kontra d-dija
jkun qrib, aktar se tkun wiesgħa l-firxa viżiva). Aġġusta ż-żewġ naħat bl-istess mod u ddawwarx. Imbagħad
erġa' ssikka l-buttuni tal-illokkjar. (P. 5 Nru.3b).
3. Inklinazzjoni tal-elmu (buttuna eċċentrika). L-inklinazzjoni tal-elmu tista' tiġi aġġustata permezz tal-buttuna li
ddur. Aġġusta l-inklinazzjoni sabiex l-imnieħer ma jmissx mat-talja tal-imnieħer. Ikkontrolla bir-reqqa li l-parti
ta' barra tal-elmu ma tmissx mal-imnieħer anke meta wieħed iċaqlaq rasu (uża l-ped tal-imnieħer fornuta biex
tipproteġi mnieħrek). P. 5 Nru.3c).
4. Modalità tat-tħaddim awtomatiku / manwali. Is-swiċċ li jiżżerżaq jintuża biex tiġi ssettjata l-modalità li
tistabbilixxi l-livell tal-protezzjoni. F'modalità awtomatika, il-livell tal-protezzjoni jiġi aġġustat awtomatikament
skont l-intensità tal-ark tad-dawl permezz ta' sensuri (Standard EN 379:2003) F'modalità manwali, il-livell
tal-protezzjoni jista' jiġi ssettjat billi wieħed idawwar il-buttuna. (P. 7 Nru. III + IV)
5. Il-livell tal-protezzjoni. Modalità manwali: Fil-modalità "Manwali", wieħed jista' jagħżel bejn il-livelli tal-
protezzjoni 8 u 13 billi jdawwar ir-regolatur tal-livell tal-protezzjoni (Il-korrezzjoni tal-livell tal-protezzjoni
hija diżattivata fil-modalità manwali). (P. 7 Nru. IV)
Modalità Awtomatika: Fil-modalità awtomatika ("Auto"), il-livell tal-protezzjoni jiġi aġġustat awtomatikament u
jikkorrispondi għal-livell tal-protezzjoni 4 > 13 skont l-istandard EN 379 meta l-buttuna li ddur tkun fil-pożizzjoni
"N". Il-livell tal-protezzjoni stabbilita awtomatikament tista' tinbidel billi wieħed idawwar il-buttuna skont l-għażla
personali tiegħu sa żewġ livelli tal-protezzjoni 'l fuq jew 'l isfel (il-livelli tal-protezzjoni minimi u massimi assoluti
jikkorrispondu għal-livelli tal-protezzjoni 4 u 13; valuri li jaqbżu din il-firxa mhumiex possibbli, irrispettivament
mis-setting tal-korrezzjoni) (P 7 Nru III)
6. Swiċċ tal-ftuħ / Dewmien. L-iswiċċ tal-ftuħ (Dewmien) (P. 6) jippermetti li wieħed jagħżel dewmien tal-ftuħ
minn skur għal ċar. Il-buttuna li ddur tippermetti l-issettjar mingħajr xkiel minn skur għal ċar bejn 0.1 u 2.0 s.
(P 6 Nru ll)
7. Dawl newwiemi / Twilight. It-tranżizzjoni fluwida minn skur għal ċar tad-dawl newwiemi "Twilight" tipproteġi
lill-għajnejn saħansitra aħjar kontra l-għeja u l-irritazzjoni f'każ ta' oġġetti li jibqgħu jarmu d-dawl u tagħtihom
iż-żmien li jeħtieġu biex jaġġustaw għad-dija. (P. 6 Nru. ll)
ATTENZJONI: Jekk se twettaq xogħlijiet ta' wweldjar malajr, iddawwarx il-buttuna li ddur fuq il-firxa newwiema.
Il-firxa "tack", bid-dewmien minimu ta' ftuħ tagħha, hija l-aktar adattata għal dan l-iskop.
8. Modalità tat-tħin. Agħfas il-buttuna tat-tħin biex tattiva l-elmu fuq il-modalità tat-tħin. F'din il-modalità,
il-cassette jiġi diżattivat u jdum għal 10 minuti jarmi dawl ċar. L-attivazzjoni tal-modalità tat-tħin tista' tiġi
rikonoxxuta minn barra permezz tal-LED blu jixgħel u minn ġewwa permezz tar-rifless fuq il-lenti tal-kaver
ta' quddiem tal-elmu. Sabiex tiddiżattiva l-modalità tat-tħin, erġa' agħfas il-buttuna tat-tħin. (P. 7 Nru. V)
9. Sensittività. Bil-buttuna tas-sensittività s-sensittività għad-dawl tiġi aġġustata skond l-ark tal-welding u
d-dawl ta 'l-ambjent. Din tista' tiġi aġġustata individwalment billi ddawwar il-buttuna li ddur. Fil-firxa "Għolja
Ħafna" tista' tintlaħaq is-sensittività massima tad-dawl, sabiex tiġi ggarantita l-oskurità anke f'każ ta' arki
dgħajfa. (P. 6 Nru. I)
10. Sensuri Dan l-elmu tal-iwweldjar għandu 5 sensuri. 4 sensuri jidentifikaw id-dawl tal-iwweldjar u sensur
wieħed jidentifika l-intensità tad-dawl (modalità awtomatika) u huwa responsabbli għall-funzjoni l-ġdida
Stay-Dark
Tindif u diżinfezzjoni
Il-cassette li jipproteġi kontra d-dija u l-lenti tal-kaver ta' quddiem iridu jitnaddfu b'mod regolari permezz ta'
biċċa ratba. Ma jistgħux jintużaw deterġenti tat-tindif, solventi, alkoħol qawwija jew deterġenti li jkunu magħmula
minn partijiet li joborxu. Lentijiet mibruxa jew danneġġjati jridu jiġu ssostitwiti.
Ħażna
L-elmu tal-iwweldjar għandu jinħażen f'temperatura ambjentali u b'umidità baxxa. Sabiex ittawwal il-ħajja
tal-batterija, aħżen l-elmu f'post b'ħafna dawl.
Sostituzzjoni tal-lenti tal-kaver ta' quddiem (P. 4 Nru. 4)
Meta tinbidel id-diska tat-twaħħil, hija meħtieġa kawtela. Tiddeformax l-elmu, għax inkella l-filtru tal iwweldjar
jista 'jkun bil-ħsara.
1. Il-lenti tal-kaver ta' quddiem tista' titneħħa billi tiġbed it-tab tal-ġenb 'il barra.
2. Ikklippja l-lenti l-ġdida mal-klipp tal-ġenb. Ikklippjaha fuq it-tieni klipp tal-ġenb u daħħalha f'postha. Din
il-proċedura tirrikjedi xi pressjoni sabiex is-siġill ikollu l-effett mixtieq fuq il-lenti tal-kaver ta' quddiem.
Batterija/ proċedura tal-iċċarġajr (P. 4 Nru. 1)
L-elmu huwa mgħammar b'batterija tal-litju-polimeru b'enerġija għolja (LiPo). Iċċarġja l-batterija
kompletament qabel ma tużaha l-ewwel darba permezz tal-Kejbil Mikro USB ipprovdut billi ddaħħlu fi
plagg USB disponibbli kummerċjalment (mhux fornut). Wara l-iċċarġjar, is-sokit mikro USB fl-elmu
jrid jiġi protett mit-trab u mill-ħmieġ permezz ta' kappa protettiva. Il-batterija tiġi ċċarġjata wkoll permezz ta'
ċelloli solari minn sorsi ta' dawl esterni (dawl fil-għoli, dawl tal-iwweldjar). Jekk l-elmu jintuża ta' spiss,
il-batterija ftit li xejn se jkollha bżonn ċarġ. Huwa rrakkomandat li l-elmu jiġi ċċarġjat kompletament kull
sitt xhur. Jekk il-batterija tkun vojta, din se jkollha bżonn madwar 15-il minuta biex taħdem għal madwar
8 sigħat. Status tal-iċċarġjar: 1) dawl aħmar: Il-batterija hija kważi vojta (iċċarġjar immedjat)
2) dawl oranġjo: Il-batterija qed tiċċarġja
3) dawl aħdar: Il-batterija hija ċċarġjata kompletament
Jekk l-elmu ma jibqax jiskura meta l-ark tal-iwweldjar ikun mixgħul, iċċekkja l-istatus tal-iċċarġjar (agħfas
il-buttuna tat-tħin, u meta l-LED ma tibqax itteptep blu, il-batterija tkun kompletament vojta). Jekk il
cassette li jipproteġi kontra d-dija ma jaħdimx kif suppost wara li l-batterija tiġi ċċarġjata, ikkuntattja
lid-distributur uffiċjali tiegħek.
Batterija difettuża tista' tiġi sostitwita mill-maniffatur jew minn Ċentru tas-Servis iċċertifikat.
Soluzzjoni tal-problemi
Il-cassette li jipproteġi kontra d-dija ma jiskurax
→ Aġġusta s-sensittività (P. 6 Nru. I)
→ Naddaf is-sensuri jew il-lenti tal-kaver ta' quddiem
→ Itfi d-dewmien tal-ftuħ - f'każ ta' xogħol ta' malajr, ibdel għal "Tack" (P. 6 Nru. II)
Il-livell tal-protezzjoni ċar wisq
→ F'modalità manwali agħżel livell tal-protezzjoni ogħla (P. 7 Nru. IV)
→ F'modalità awtomatika, aġġusta l-buttuna li ddur b'+1 jew + 2 (P. 7 Nru. III)
→ Biddel il-lenti tal-kaver ta' quddiem (P. 8 Nru. 4)
Il-livell tal-protezzjoni skur wisq
→ F'modalità manwali agħżel livell tal-protezzjoni aktar baxx (P. 7 Nru. IV)
→ F'modalità awtomatika, aġġusta l-buttuna li ddur b'-1 jew -2 (P. 7 Nru. III)
Il-cassette li jipproteġi kontra d-dija jibda jteptep
→ Aġġusta l-pożizzjoni tar-regolatur tal-ftuħ (dewmien) fuq il-proċedura tal-iwweldjar (P. 6 Nru. II)
→ Aġġusta r-regolatur tas-sensittività fuq il-proċedura tal-iwweldjar (P. 6 Nru. I) → Iċċarġja l-batterija (P.
4 Nru 1)
Viżjoni batuta
→ Naddaf il-lenti tal-kaver ta' quddiem jew il-cassette li jipproteġi kontra d-dija
→ F'modalità manwali aġġusta l-livell tal-protezzjoni fuq il-proċedura tal-iwweldjar (P. 7 Nru. IV)
→ F'modalità awtomatika aġġusta l-korrezzjoni tal-livell tal-protezzjoni fuq il-proċedura tal-iwweldjar
(P. 7 Nru. III)
L-elmu tal-iwweldjar jaqa'
→ Aġġusta / issikka l-istrixxa tar-ras (P.5 Nru. 3a- 3c)
Speċifikazzjonijiet (Aħna nirriservaw id-dritt li nagħmlu xi tibdiliet tekniċi)
Il-livel tal-protezzjoni
Protezzjoni UV/IR
Il-ħin tal-bdil minn ċar għal skur
Il-ħin tal-bdil minn skur għal ċar
Il-provvista tal-enerġija
Piż
Temperatura ambjentali
Temperatura tal-ħażna
Klassifikazzjoni skont EN379
Awtorizzazzjoni
Marki addizzjonali għall-verżjoni PAPR
(korp notifikat CE1024)
Dikjarazzjoni ta' konformità
Ara l-indirizz tal-internet li jinsab fl-aħħar paġna.
Informazzjoni legali
Dan id-dokument jikkonforma mar-rekwiżiti inklużi fil-punt 1.4 tal-Anness II tar-Regolament talUE 2016/425.
Korp notifikat
Għal informazzjoni ddettaljata ara l-aħħar paġna.
39
→ Iddiżattiva l-modalità tat-tħin (P. 7 Nru. 5)
→ Iċċarġja l-batterija (P. 4 Nru. 1)
Żid id-dawl ambjentali
Modalità Awtomatika 2 (dawl ċar)
4 < 12 (dawl skur)
Modalità Manwali:
2 (dawl ċar)
7 – 12 (dawl skur)
Protezzjoni massima f'dawl ċar u skur
90μs (23°C / 73°F) 70μs (55°C / 131°F)
kważi=0.1-2.0s b'"Effett newwiemi"
Ċelloli solari, Batterija tal-litju-polimeru
Non PAPR: 550 g / 186952 oz
PAPR: 750 g / 2575 oz
-10°C – 55°C / 14°F – 131°F
-20°C – 70°C / -4°F – 158°F
Klassi ottika=1 Omoġeneità=1
Rifless=1
Angolu tad-dipendenza fuq il-viżjoni=2
CE, EAC, ANSI, AS/NZS, complies with CSA, pr ISO 16321 "WIG+
EN12941 (TH3 flimkien ma 'e3000/e3000X, TH2 għal
verżjonijiet b 'hardhat u e3000/e3000X)
EN14594 (Class 3B flimkien ma 'suppliedair)
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido