l-passi t'hawn fuq ser jiġi ddiżattivat il-setting issettjat
minn qabel ta' Serħan mill-Uġigħ.
MT
Nota: Il-proċedura ssettjata minn qabel ta' Serħan
mill-Uġigħ hija disponibbli biss fil-modalità 810nm
Wavelength.
Biex tuża s-setting ssettjat minn qabel ta' Serħan mill-
Uġigħ:
1. Kun ċert li l-laser qiegħed fil-modalità 810nm
wavelength
2. Innaviga għall-Pain Relief (Serħan mill-Uġigħ) fil-menù
tal-proċedura ssettjata minn qabel
3. In-numri fuq id-displej ser jibdew ipetptu, biex jiġi
magħżul il-ħin tat-trattament
4. Uża l-vleġeġ tal-lemin u tax-xellug biex tirranġa il-ħin
tat-trattament kif mixtieq, f'żidiet ta' 3 sekondi, b'ħin
massimu tat-trattament ta' 60 sekonda
5. Miss il-buttuna Active (Attiv) biex issakkar il-ħin tat-
trattament u tattiva s-sistema tal-laser
6. Il-laser issa lest għat-trattament. Agħfas il-pedala
tas-sieq biex tispara l-laser. Żomm il-pedala tas-sieq
magħfusa waqt il-ħin kollu tat-trattament. Il-laser
ser awtomatikament jieqaf jispara u jmur lura għall-
modalità Standby meta jiskadi l-ħin.
7. L-arloġġ jmur lura għall-ħin tat-trattament magħżula
qabel fil-modalità Standby. Biex tipproċedi għat-
trattament li jmiss, irranġa il-ħin tat-trattament kif
neċessarju u agħfas il-buttuna Active.
5. RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-UŻU
L-użu intenzjonat tal-Adattatur PBM huwa biexjippermetti
lill-Gemini Laser biex jipprovdi enerġija tal-laser
kwazi infra-ħamra għal tessut tal-wiċċ għall-iskop ta'
fotobiomodulazzjoni.