2. TWISSIJIET U KAWZJONIJIET
Nuqqas milli tkun konformi mal-kawzjonijiet u
MT
t-twissijiet deskritti hawnhekk u fil-Manwal tal-Utent
tal-Gemini Laser jista' jwassal għal espożizzjoni għal
radjazzjoni ottika perikoluża.
Twissija: L-Adattatur PBM għandu jintuża biss ma'
Gemini Laser. Tipprovax tuża l-Adattatur PBM
ma' kwalunkwe sistema tal-lejżer jew sors tad-dawl
oħrajn.
Twissija: Qatt tħares direttament fl-Adattatur PBM
waqt li l-lejżer ikun attiv, anke jekk tkun liebes nuċċali
protettiv.
Twissija: Tużax l-Adattatur PBM mingħajr Spazjatur
mqabbad.
Kwazjoni: Tqabbadx jew tiskunnettjax l-Adattatur PBM
waqtli l-Gemini Laser ikun mixgħul. Qabbad jew
skunnettja biss l-Adattatur PBM meta il-Gemini Laser
ikun mitfi.
Kwazjoni: Tużax kimiċi jew abrażivi qawwijin biex
tnaddaf l-ottiċi tal-ħġieġ fl-Adattatur PBM. Li tagħmel
dan jista' jagħmel ħsara lill-ħġieġ.
Kwazjoni: Tisterilizzax l-Adattatur PBM jew l-Ispazjaturi
fl-awtoklava. Li tagħmel dan jista' jagħmel ħsara lill-
komponenti.
Kwazjoni: L-Ispazjaturi huma għal użu ta' darba biss biex
tiġi evitata kontaminazzjoni minn ħaġa għall-oħra. Dawn
iridu jiġu mormija wara l-użu f'kontenitur tal-iskart
mediku bio-perikoluż Sharps.
Kwazjoni: Protezzjoni għall-għajnejn xierqa għall-
wavelength għandha tiġi milbusa l-ħin kollu waqt l-użu,