Halyard Fluidshield 3 84A-7521 Instrucciones De Uso página 18

Mascarilla respiratoria y quirúrgica con filtro de partículas n95
Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 8
MT
Struzzjonijiet għall-Applikazzjoni
1. Issepara t-trufijiet tar-respiratur biex tiftħu kompletament.
2. Ilwi ftit il-wajer tal-imnieħer biex tifforma liwja ħafifa.
3. Żomm ir-respiratur rasu 'l isfel biex tesponi ż-żewġ strixxi għar-ras (headbands).
4. Uża s-swaba l-werreja u l-kbar biex tissepara ż-żewġ strixxi għar-ras.
5. Waqt li żżomm l-istrixxi għar-ras bis-swaba l-werrejja u l-kbar tiegħek, poġġi r-respiratur taħt
geddumek.
6. Iġbed l-istrixxi għar-ras 'il fuq u dawwarhom wara rasek.
7. Itlaq l-istrixxa għar-ras t'isfel minn mas-swaba' l-kbar tiegħek u poġġiha fil-parti t'isfel
t'għonqok.
8. Poġġi l-kumplament tal-istrixxa għar-ras fuq rasek.
9. Irranġa l-parti tal-imnieħer billi tagħfas 'l isfel b'sugħajk fuq il-pont tal-imnieħer.
10. Kompli rranġa r-respiratur u ppożizzjona t-truf sakemm tħoss li qagħad sew fuq wiċċek. Issa
agħmel Fit Check (Iċċekkja li qiegħed f'postu).
Struzzjonijiet biex Tilbsu:
Ilbes in-naħa Oranġjo fuq barra.
Segwi l-Istruzzjonijiet għall-Applikazzjoni kull darba li jintlibes ir-respiratur.
Iċċekkja s-siġill tal-wiċċ biex tiżgura li jkun f'postu qabel ma tidħol f'żona kkontaminata.
Irranġa l-parti tal-imnieħer jekk ikun hemm tnixxija tal-arja mad-dawra tal-imnieħer.
Ippożizzjona l-istrixxi għar-ras mill-ġdid biex tiżgura li t-truf tar-respiratur ikunu ssiġillati
mal-wiċċ.
Tidħolx f'żona kkontaminata jekk ma tkunx tista' tilbsu kif xieraq. Segwi l-istruzzjonijiet u
t-twissijiet kollha dwar l-użu ta' dan ir-respiratur, iffittjah b'mod xieraq, u ilbsu tul il-ħin kollu
li tkun espost. Jekk tonqos milli tagħmel dan tnaqqas l-effettività tar-respiratur u l-protezzjoni
tal-utent u jista' jwassal għal mard jew mewt.
Respiratur bil-Filtru tal-Partikuli N95 u Maskra Kirurġika b'Siġill ta' Sigurtà HALYARD* FLUIDSHIELD* 3
(84A-7521, 84A-7523, 84A-7518, 84A-7520) għandhom l-approvazzjoni NIOSH bħala respiraturi bil-filtru tal-
partikuli N95. Dawn jipprovdu effiċjenza tal-filtrazzjoni ta' 95% tal-partikuli ta' 0.3 mikroni. Dawn jissodisfaw
il-Linji Gwida CDC għall-kontroll tal-esponiment għat-TB.
Użu Intenzjonat:
Il-Respiratur bil-Filtru tal-Partikuli N95 u Maskra Kirurġika b'Siġill ta' Sigurtà HALYARD* FLUIDSHIELD* 3 hu
intenzjonat għall-użu minn persunal tas-sala tal-operazzjonijiet u minn ħaddiema oħra tal-kura tas-saħħa
biex kemm il-pazjenti kif ukoll il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jiġu protetti mit-trasferiment ta' mikro-
organiżmi, demm u fluwidi tal-ġisem u minn materjali partikolati fl-arja.
Struzzjonijiet għall-Użu:
1. Qabel l-użu, min se jilbisha jrid ikun imħarreġ minn min iħaddem fl-użu xieraq tar-respiratur
skont standards tas-saħħa u tas-sigurtà applikabbli.
2. Jekk ir-respiratur issirlu xi ħsara jew it-teħid tan-nifs isir aktar diffiċli, itlaq miż-żona. Armi
r-respiratur u ssostitwih b'ieħor.
TWISSIJA: Meta jintlibes tajjeb, Respiratur bil-Filtru tal-Partikuli N95 u Maskra Kirurġika b'Siġill
ta' Sigurtà FLUIDSHIELD* 3 inaqqas il-possibilità ta' esponiment għad-demm u fluwidi tal-ġisem
kif ukoll għal mikro-organiżmi fl-arja. Dan il-prodott ma jeliminax kompletament ir-riskju li
wieħed jimrad jew jieħu infezzjoni. TFAKKIRA: Qabel l-użu okkupazzjonali ta' dan ir-respiratur,
irid jiġi implimentat programm ta' protezzjoni respiratorja bil-miktub li jissodisfa r-rekwiżiti
kollha tal-gvern lokali. Fl-Istati Uniti, min iħaddem irid ikun konformi ma' OSHA 29 CFR 1910.134
li jinkludi evalwazzjoni medika, taħriġ u ttestjar mod kif jintlibes. Ikkonsulta l-Programm ta'
Protezzjoni Respiratorja tal-faċilità għal aktar istruzzjonijiet.
Dawn ir-respiraturi huma approvati biss fil-konfigurazzjonijiet li ġejjin:
TC-
84A-7521
84A-7523
84A-7518
84A-7520
1. PROTEZZJONI:
Filtru tal-Partikuli-N95 (livell ta' effiċjenza tal-filtru ta' 95%) effettiv kontra l-aerosols tal-
partikuli ħielsa miż-żejt; jistgħu japplikaw xi restrizzjonijiet tal-użu bil-ħin.
2. TWISSIJIET U LIMITAZZJONIJIET:
A. Ma jistax jintuża f'ambjenti li fihom inqas minn 19.5% ossiġenu.
B. Ma jistax jintuża f'ambjenti li huma ta' periklu immedjat għall-ħajja jew għas-saħħa.
Ċ. Taqbiżx l-użu massimu ta' konċentrazzjonijiet stabbiliti mill-istandards regolatorji.
J. Jekk ma jintużax u ma jinżammx b'mod xieraq, dan il-prodott jista' jwassal għal korriment jew mewt.
M. Ir-respiraturi magħżula kollha għandhom jintgħażlu, jintlibsu, jiġu użati u miżmuma skont ir-regolamenti
tal-MSHA, tal-OSHA u regolamenti oħra applikabbli.
N. Qatt tissostitwixxi, timmodifika, iżżid jew tneħħi xi partijiet. Fil-konfigurazzjoni uża biss partijiet ta'
sostituzzjoni eżatti kif inhu speċifikat mill-manifattur.
O. Għal informazzjoni dwar l-użu u t-tiswija ta' dawn ir-respiraturi, irreferi għall-istruzzjonijiet għall-utent,
u/jew għall-manwal tal-manutenzjoni.
S. Istruzzjonijiet speċjali jew kritiċi għall-Utent: Dan ir-respiratur ġie approvat bħala respiratur tal-wiċċ
NIOSH N95 li jiffiltra, għall-użu f'ambjenti tal-kura tas-saħħa, bħala Respiratur Kirurġiku N95 li hu
konformi ma' standards rikonoxxuti għall-bijokompatibilità, il-fjammabbiltà, u r-reżistenza tal-fluwidu.
18
HALYARD* FLUIDSHIELD* 3
Respiratur bil-Filtru tal-Partikuli N95 u Maskra Kirurġika
b'Inforra SO SOFT*
Protezzjoni
Respiratur
1
N95
N95
N95
N95
Respiratur
46727
76727
46767
76767
46827
76827
46867
76867
Twissijiet u
Limitazzjonijiet
2
ABCJMNOS
ABCJMNOS
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido