Keba KeContact P30 Instrucciones Breves página 16

Ocultar thumbs Ver también para KeContact P30:
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 8
MT
Traduzzjoni
Avviżi dwar dan id-dokument
Il-Manwal tal-Utent u l-Gwida għall-Installazzjoni jifformaw parti mill-prodott u għandhom jitniżżlu, jinqraw u jinftehmu
qabel l-installazzjoni u l-ewwel użu. Il-manwali attwali tista' tniżżilhom direttament mill-websajt tagħna:
www.keba.com/emobility-downloads
Il-manwali li tkun niżżilt għandhom jinżammu tul il-ħajja sħiħa tal-prodott.
Apparti l-avviżi għas-sigurtà f'dan il-manwal, għandhom jiġu osservati ukoll il-miżuri ta' sigurtà u r-regoli għall-
prevenzjoni ta' inċidenti rispettivi għal kull applikazzjoni.
Avviżi għas-sigurtà
TWISSIJA
!
!
Periklu fatali minn xokk elettriku u periklu ta' nar!
• L-istazzjon tal-iċċarġjar tista' tiġi installata u mħaddma f'kondizzjoni perfetta biss.
• L-istazzjon tal-iċċarġjar mhix mgħammra bi swiċċ fuqha stess. Is-circuit breaker tal-linja tal-provvista jservi
bħala mekkaniżmu għall-qtugħ tal-elettriku.
• Jekk l-istazzjon tal-iċċarġjar jiġrilha l-ħsara għandha titneħħa mill-użu immedjatament u tissewwa jew tinbidel
minn elettriċista kwalifikat u awtorizzat.
• Mhux permess li jitwettqu tiswijiet fl-istazzjon tal-iċċarġjar. Dawn jistgħu jitwettqu biss mill-manifattur.
• Mhux permess li jitwettqu bidliet mhux awtorizzati u modifikazzjonijiet fl-istazzjon tal-iċċarġjar.
• Mhux permess li jitneħħew tikketti (eż. simboli ta' sigurtà, avviżi ta' twissija, immarkar tal-kejbils...) mill-
istazzjon tal-iċċarġjar.
• Qatt tuża plaggijiet tal-iċċarġjar difettużi, mherrija jew maħmuġin.
• L-użu ta' settijiet ta' estensjoni tal-kejbil huwa pprojbit.
• L-użu ta' adapters ta' kull tip huwa pprojbit.
• L-istazzjon tal-iċċarġjar għandha tiġi ċċekkjata regolarment għal danni fuq l-għeluq protettiv u għal difetti,
therrir u ħmieġ fis-sokit tal-iċċarġjar jew fil-plagg tal-iċċarġjar inkluż il-kejbil tal-iċċarġjar.
Meta tinstalla t-tagħmir, osserva b'mod partikolari n-noti li ġejjin:
• L-installazzjoni, l-ikkummissjonar inizjali, il-manutenzjoni jew l-adattament tal-istazzjon tal-iċċarġjar għandhom
jitwettqu biss minn elettriċisti mħarrġa, kwalifikati u awtorizzati (1) li waqt il-proċess ikunu kompletament
responsabbli għall-osservanza tal-istandards eżistenti u r-regoli għall-installazzjoni (2).
• Il-parti ta' quddiem tal-istazzjon tal-iċċarġjar m'għandhiex tinfetaħ (konnessjoni b'viti torx).
• Jekk it-tagħmir jiġi installat fuq ħitan dobbli, għandhom jinqaflu tal-inqas żewġ viti tal-irbit fuq l-element ta'
appoġġ tal-ħajt. Il-viti tal-irbit l-oħra għandhom jintrabtu f'kavilja apposta għal ħitan dobbli. Kun ċert li l-istruttura
tal-qiegħ tkun tiflaħ sew it-tagħmir.
• Kull stazzjon tal-iċċarġjar għandha tiġi konnessa ma' circuit breaker RCD (3) separat għaliha.
• Waqt l-installazzjoni, għandha tintuża unità ta' protezzjoni kontra l-kurrent żejjed u l-kurrent nominali tagħha
irid ikun inqas mill-kurrent nominali tal-istazzjon tal-iċċarġjar jew l-istess bħalu.
• Mat-terminals X1−X4 (konnessjonijiet Ethernet kif ukoll terminali għar-rilaxx tal-input u l-output tal-kuntatt tal-
iswiċċ) jistgħu jiġu konnessi biss vultaġġi u ċirkwiti li jkunu iżolati b'mod sigur minn vultaġġi perikolużi
(pereżempju iżolazzjoni suffiċjenti). It-terminal għall-output tal-kuntatt tal-iswiċċ għandu jiġi provvist biss b'sorsi
ta' vultaġġ li jkollhom vultaġġ ta' sigurtà baxx ħafna (SELV).
• Il-fjus fuq il-ħowlder tal-fjus F1 m'għandux jintuża biex tintefa l-istazzjon tal-iċċarġjar. Il-vultaġġ tal-provvista
għandu dejjem jiġi interrott mis-circuit breaker.
• Il-kaxxa tat-terminali m'għandha qatt titħalla miftuħa mingħajr sorveljanza. Qabel ma tħalli l-istazzjon tal-
iċċarġjar waħedha, erġa' installa l-kaver tal-kaxxa tat-terminali.
F'sistemi estiżi, jekk jgħaddi kurrent kompensattiv minn fuq l-ilqugħ, dan jista' jikkawża danni fl-interfaċċji u
perikli waqt ix-xogħol fil-linji tad-dejta. Il-miżuri (pereżempju konnessjoni ma' distribuzzjoni elettrika komuni,
bini ta' netwerk TN-S, ...) għandhom jiġu miftiehma mal-persuna rilevanti li tkun responsabbli għall-bini.
Persuni b'taħriġ professjonali, għarfien u esperjenza kif ukoll għarfien tal-istandards rilevanti, jistgħu jevalwaw ix-
(1)
xogħlijiet assenjati u l-perikli li jistgħu jinqalgħu.
Innota li l-vetturi jew il-liġijiet tal-pajjiż jistgħu jeħtieġu li jkun hemm apparat addizzjonali għall-protezzjoni minn vultaġġ
(2)
żejjed. Innota li ċerti pajjiżi jew manifatturi ta' vetturi jistgħu jeħtieġu circuit breakers RCD b'karatteristiċi ta' attivazzjoni
differenti (tip B).
Jista' jintuża tip A minflok tip B, peress li l-varjanti P30 kollha għandhom monitoraġġ intern tal-kurrent residwu
(3)
DC ≥ 6 mA.
29
TWISSIJA
!
Riskju ta' danni materjali!
• Iġbed biss il-kejbil tal-iċċarġjar mill-plagg u mhux mill-kejbil meta taqalgħu mill-ħowlder tal-plagg.
• Il-kejbil tal-iċċarġjar m'għandux ikun danneġġat mekkanikament (mgħawweġ, maqrus jew mgħaffeġ) u li l-parti ta'
kuntatt ma tiġix f'kuntatt ma' sorsi ta' sħana, ħmieġ jew ilma.
• Qatt m'għandek tnaddaf l-istazzjon tal-iċċarġjar b'solventi aggressivi u aġenti tat-tindif, materjali li joborxu, ġettijiet
tal-ilma (pajp tal-ġnien, tagħmir għall-ħasil bi pressa għolja, eċċ.) jew bi pressa eċċessiva.
Meta tinstalla t-tagħmir, osserva b'mod partikolari n-noti li ġejjin:
• L-istazzjon tal-iċċarġjar għandha tiġi protetta mix-xita, mill-borra u mill-ħmieġ waqt l-installazzjoni. Jekk it-tagħmir
jiġi installat fuq barra, il-kaver tal-kaxxa tat-terminali m'għandux jinfetaħ fix-xita, fir-riħ, fil-borra, eċċ. L-ilma jrid ikun
jista' joħroġ minn wara l-istazzjon tal-iċċarġjar. It-tagħmir jista' jiġrilu l-ħsara jekk l-ilma ma jkunx jista' joħroġ.
• Jekk stazzjon tal-iċċarġjar kiesħa (eż. wara trasport fit-tul f'ambjent kiesaħ) tinġieb f'ambjent aktar sħun b'mod
sinifikanti, tista' tifforma kondensazzjoni fit-tagħmir. Qabel ma tqabbad l-istazzjon tal-iċċarġjar mal-provvista tal-
enerġija, stenna sakemm it-temperatura tal-istazzjon tal-iċċarġjar tikkorrispondi mat-temperatura tal-kamra u l-
umdità tkun reġgħet evaporat.
• L-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku tista' tiġi mmuntata vertikalment biss ma' ħajt jew fuq pedestall. L-istazzjon tal-
iċċarġjar għandha fetħiet fil-parti ta' wara li jħallu l-kondensazzjoni tevapora 'l barra. Il-parti ta' wara tal-istazzjon tal-
iċċarġjar għandha tiġi protetta kompletament sabiex ma jidħolx titjir ta' ilma fit-tagħmir mill-fetħiet.
• Il-wiċċ tal-immuntar għandu jkun kompletament lixx. Evita li jintlewa l-għeluq protettiv.
• Meta tikkonnettja u tqabbad il-wajers tal-istazzjon tal-iċċarġjar, iżgura li l-parti tal-konnessjonijiet tkun nadifa sabiex
ma jidħolx ħmieġ (fdalijiet ta' wajers, eċċ.) ma jidħol fl-istazzjon tal-iċċarġjar.
• L-istazzjon tal-iċċarġjar għandha dejjem ikollha l-fittings għall-kejbils inklużi installati kif suppost. It-toqob għad-dħul
tal-kejbils li mhumiex se jintużaw għandhom jingħalqu b'tappijiet apposta sabiex it-tagħmir ikun issiġillat sal-grad
neċessarju.
F'każ kuntrarju, tneħħix il-folji protettivi preżenti qabel ma tqabbad il-kejbils.
Kriterji ġenerali għall-għażla tas-sit
Il-kriterji li ġejjin għandhom jitqiesu meta jintgħażel il-post tal-installazzjoni:
• Osserva l-kundizzjonijiet ambjentali permissibbli (ara t-taqsima "Informazzjoni teknika" fil-"Gwida għall-
Installazzjoni")
• Osserva r-regolamenti lokali għall-installazzjonijiet elettriċi, il-miżuri ta' prevenzjoni tan-nar u r-regolamenti ta'
prevenzjoni ta' inċidenti kif ukoll ir-rotot ta' evakwazzjoni mis-sit.
• L-istazzjon tal-iċċarġjar m'għandhiex tiġi installata f'żoni potenzjalment splussivi (ambjent EX).
• L-istazzjon tal-iċċarġjar tista' tiġi installata biss għall-użu f'post stazzjonarju.
• Immonta l-istazzjon tal-iċċarġjar b'tali mod li ma tostakolax il-passaġġ tan-nies, li ħadd ma jkun jista' jitfixkel fil-
kejbil tal-iċċarġjar u li l-kejbils ma jaqsmux jew ma jkunux imqiegħda f'passaġġi fejn jgħaddu n-nies.
• L-istazzjon tal-iċċarġjar m'għandhiex titpoġġa fejn tkun esposta għall-ammonja jew gassijiet tal-ammonja (eż. fi
stalel jew maġenbhom).
• Il-wiċċ tal-immuntar għandu jkun robust biżżejjed biex jiflaħ għall-istress mekkaniku.
• L-istazzjon tal-iċċarġjar m'għandhiex titpoġġa f'postijiet fejn jistgħu jaqgħu xi oġġetti (eż. slielem jew tajers tal-
karozzi mdendlin) fuq it-tagħmir u jikkawżawlu l-ħsara.
• It-tagħmir m'għandux jiġi espost għal ġettijiet tal-ilma diretti (eż. minn sistemi manwali ta' ħasil tal-karozzi li jinsabu
viċin, tagħmir għat-tindif bi pressjoni għolja, pajp tal-ilma tal-ġnien).
• Jekk possibbli, it-tagħmir għandu jkun protett mix-xita diretta u mix-xemx diretta.
Rimi
TWISSIJA!
Jekk jogħġbok osserva r-regolamenti għar-rimi ta' tagħmir elettriku u elettroniku.
MT
30
loading