Struzzjonijiet ta' sigurtà ġenerali
Struzzjonijiet ta' tħaddim
L-istruzzjonijiet ta' tħaddim huma parti integrali tal-magna. Għandek taqra l-istruzzjonijiet ta'
tħaddim u tkun żgur li tifhimhom qabel ma tibda taħdem fuq il-magna. Oqgħod attent b'mod
speċjali għall-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà u ta' twissija.
Struzzjonijiet għal aċċessorji
Barra milli għandek timxi mal-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà f'dawn l-istruzzjonijiet ta' tħaddim,
kun żgur li ssegwi l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà għall-moduli u l-aċċessorji.
Sigurtà ta' persuni
Is-sigurtà personali hija garantita biss għal operatur wieħed tal-magna. Kull persuna li
jaħdem fuq il-magna għandha tkun żgur li ma ddaħħalx xi kmand li jpoġġi lil oħrajn f'periklu.
Kwalifiċi tal-personel
Individwi li għandhom l-kwalifiċi xierqa biss għandhom jitħallew joperaw, jimmontaw u
jagħmlu manutenzjonijiet fuq il-magna.
K ndizzjoni teknika tal magna
Tħaddim sikur
Jekk għandek raġuni biex taħseb li l-magna ma tistax titħaddem b'mod sikur, m'għandekx
tħalliha taħdem u għandek tiżgura li ma tistax tinxtegħel mingħajr ħsieb.
Tagħmir ta' sigurtà
Il-magna għandha titħaddem b'tagħmir tas-sigurtà li jkun qed jaħdem sew.
Mhux permess li tneħħi jew tibbriġja t-tagħmir tas-sigurtà jew tbagħbashom b'xi mod.
Man tenzjoni
Il-magna għandha tiġi servisjata fl-intervalli ta' żmien indikat.
Ħsara lil magna tista' sseħħ jekk il-magna ma tiġix servissjata regolarment.
Spare parts
Partijiet difettużi għandhom jiġi mibdula bi spare parts oriġinali. Dawn l-ispare parts oriġinali
huma disponibbli biex jinxtraw m'għand Komax.
Modifikazzjonijiet
B'mod ġenerali, mhux permess li l-magna tiġi modifikata. Jekk modifikazzjonijiet huma
meħtieġa, ma tistax taqbad tagħmilhom mingħajr ma tikkonsulta qabel ma' Komax.
Modifikazzjonijiet tas-softwer
Huwa pprojbit li timmodifika s-softwer b'xi mod