Abus AIRDUO Instrucciones De Uso página 38

• Il-moħħ għandu jiġi protett. Għalhekk, l-elmu m'għandux jitqiegħed lura wisq fuq
in-naħa ta' wara tar-ras.
• L-elmu jkun milbus kif suppost meta joqgħod b'mod orizzontali fuq rasek.
Il-prerekwiżit għall-elmu sabiex ikun jista' jwettaq funzjoni ta' protezzjoni huwa li
joqgħod fuq rasek kif suppost. Għalhekk, ipprova qisien differenti u agħżel l-elmu li
joqgħod sew u komdu fuq rasek (Fig. Ċ). Qatt tagħżel elmu li huwa kbir iżżejjed għat-tfal
bil-ħsieb li "daqt jikbru u jibda jiġihom"
3. Aġġustament taċ-ċirku tar-ras
L-elmi protettivi ta' ABUS ġeneralment jiġu f'żewġ daqsijiet
tal-qoxra differenti. L-aġġustament tal-elmu għad-daqs
tar-ras individwali jista' jsir, skont it-tip, pereżempju
bis-sistemi ta' aġġustament komdi ħafna li ġejjin.
L-elmi jistgħu jiċċaqilqu fuq ir-ras waqt is-sewqan. Sabiex
tiżgura li l-elmu jibqa' f'postu waqt is-sewqan, is-sistema
ta' trażżin għandha tiġi aġġustata b'tali mod li l-moviment
tal-elmu fuq ir-ras ikun wieħed minimu, kemm minn
quddiem għalw ara u kif ukoll minn ġenb għal ieħor.
Mexxi s-sistema tal-aġġustament fil-pożizzjoni tal-bidu
tagħha qabel ma taħżen l-elmu sabeix ma jkun hemm
l-ebda pressjoni fuq is-sistema tal-aġġustament li tista'
tikkawża ħsara.
1
2
1
4. Aġġustament taċ-ċineg
Bażikament, iċ-ċineg għandhom jiġu aġġustati meta jintlibsu għall-ewwel darba sabiex
ikunu ssikkati jiltaqgħu mingħajr problema taħt il-widnejn mingħajr ma tmisshom.
Id-distributuri taċ-ċineg li huma faċli sabiex jintużaw fuq iż-żewġ naħat b'unità ta' qfil
ottimali se jgħinuk tagħmel dan (Fig. 1).
Dan għandu jinqafel sew u jingaġġja permezz ta' ħoss ta' tfaqqigħ li jinstema' sabiex ma
jseħħx l-aġġustament mhux intenzjonat (tagħmir child lock) qabel ma jintuża għall-ewwel
darba wara li jiġu aġġustati ċ-ċineg. Meta taġġusta l-lock tal-geddum, li għandu jingħalaq
dejjem fi kwalunkwe każ qabel is-sewqan, kun ċert li ma jkunx f'livell max-xedaq.
(Fig.2 – 5)
Wara l-aġġustament, iċ-ċineg li jisporġu jistgħu jintrabtu permezz tal-holder taċ-ċineg.
Jekk iċ-ċineg ikunu twali wisq, it-truf jistgħu jinqatgħu għat-tul u jiġu ssiġillati permezz ta'
fjamma ta' sulfarina sabiex tevita milli jiżżartu.
5. Tqandil u kura xierqa
• L-elmu u ċ-ċineg tiegħu għandhom jiġu spezzjonati qabel kull użu.
• L-elmu għandu jiġi spezzjonat għal difetti viżibbli fuq bażi regolari.
• Jekk jogħġbok, qatt timmodifika l-elmu jew tneħħi l-parts oriġinali, għaliex dan inaqqas
l-effett protettiv tal-elmu.
• Tiżbogħhx u twaħħal xejn fuq l-elmu għaliex komponenti dannużi jistgħu jnaqqsu
73
1
2
1
2
3
2
l-istabbiltà u l-effett protettiv.
• Qatt timmodifika, tibdel u tuża ħażin l-elmu.
• Kwalunkwe nuqqas ta' osservanza tal-istruzzjonijiet għall-użu, u kif ukoll bidliet, u użu
mhux xieraq tal-elmu jista' jwassal għall-esklużjoni tar-responsabbiltà.
• Aħżen l-elmu f'post kiesaħ, niexef u protett. Biex tipproteġi l-elmu milli jġarrab ħsara,
ittrasporta l-elmu fl-imballaġġ oriġinali tiegħu jew xi ħaġa ekwivalenti.
• L-elmu m'għandu qatt jiġi espost għal temperaturaogħla minn 60°C (147°F), inkella jista'
jitlef l-propretajiet ta' protezzjoni tiegħu.
• Taħżinx wara ħġieġ, eż. fil-karozza (effett ta' ħruq b'lenti) jew qrib sorsi ta' tisħin jew
sħana.
• Jekk l-elmu jkun ġie espost għal xokk jew impatt, dan għandu jinbidel immedjatament
għaliex l-effett prottettiv jista' jiġi mxekkel severament mingħajr ma jkun hemm ebda
sinjali viżibbli.
• Fid-dawl tal-għeja inevitabbli tal-materjal, l-elmu għandu jiġi sostitwit mhux aktar tard
3
minn 8 snin wara d-data tal-produzzjoni, anku jekk dan ma juri l-ebda difetti viżibbli
jew tekniċi ovvji. Skont il-grad tal-użu u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu, elmu jista'
jkollu bżonn jiġu sostitwit qabel.
• Il-qoxra tal-elmu, iċ-ċirku tal-aġġustament u l-padding ta' ġewwa li jista' jitneħħa
jistgħu jitnaddfu bl-idejn (ilma fietel, ċraret rotob, prodott tat-tindif mingħajr solvent).
Dan japlika wkoll għall-għati kontra x-xemx.
• Uża biss spare parts oriġinali.
• Il-materjali użati fil-prodott ma jikkawżawx mard tal-ġilda u mhumiex ta' periklu
għas-saħħa tal-utent. Jekk l-utent jesperjenza kwalunkwe reazzjoni waqt li juża l-elmu,
l-elmu m'għadux jibqa' jintuża.
Rimi
Armi l-prodott fl-aħħar tal-ħajja operattiva tiegħu skont ir-regolamenti legali applikabbli.
Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-awtorità responsabbli għar-rimi
tal-iskart. Tista' tikseb informazzjoni dwar il-punti tal-ġbir mit-tagħmir qadim tiegħek,
pereżempju, mill-kunsill lokali jew mill-amministrazzjoni tal-belt, mingħand il-kumpa-
nija lokali inkarigata mir-rimi tal-iskart jew mingħand l-aġent speċjalizzat tiegħek. Armi
l-imballaġġ skont it-tip. Armi l-karti u l-kartun fil-kontenitur tal-karti, il-fojls u l-parts
tal-plastik fil-kontenitur tal-iskart riċiklabbli.
74
loading