3M Nano-Lok Manual Del Usuario página 191

Tabla de contenido
Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 69
2.0 Użu tas-Sistema
2.1
PJAN TA' PROTEZZJONI KONTRA WAQGĦA MILL-GĦOLI U TA' SALVATAĠĠ: Min iħaddem irid ikollu Pjan ta' Protezzjoni
Kontra Waqgħa mill-Għoli u ta' Salvataġġ. Il-pjan għandu jipprovdi l-linji gwida u l-ħtiġijiet għal programm immaniġġjat ta' min
iħaddem għal protezzjoni kontra waqgħa mill-għoli, li jinkludu l-politiki, id-dmirijiet u t-taħriġ; proċeduri ta' protezzjoni kontra
waqgħa mill-għoli; kif jiġu eliminati u kkontrollati l-perikli ta' waqgħa mill-għoli; proċeduri ta' salvataġġ; investigazzjonijiet
dwar l-inċidenti; u l-evalwazzjoni tal-effettività tal-programm.
2.2
FREKWENZA TA' SPEZZJONI: Is-SRDs għandhom jiġu spezzjonati mill-persuna awtorizzata
qabel kull użu (Ara Tabella 3). Barra minn hekk, l-ispezzjonijiet għandhom isiru minn persuna kompetenti
Kundizzjonijiet ta' xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista' jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza ta' spezzjonijiet minn
persuna kompetenti. Il-persuna kompetenti għandha tuża l-Iskeda tal-Ispezzjoni (Tabella 2) biex tiddetermina kemm għandu jkun
hemm intervalli bejn l-ispezzjonijiet. Il-proċeduri ta' spezzjoni huma spjegati fir-Reġistru ta' Spezzjoni u Manutenzjoni (Tabella
3). Ir-riżultati tal-ispezzjoni minn Persuna Kompetenti għandhom jiġu rrekordjati fir-Reġistru ta' Spezzjoni u Manutenzjoni jew
irrekordjati bis-sistema ta' Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID, Radio Frequency Identification) (araSezzjoni 5).
2.3
OPERAZZJONIJIET NORMALI: Operazzjoni normali tippermetti lil-linja tas-salvataġġ titwal u tinġibed lura mingħajr ma
tieqaf jew tiddendel hekk kif il-ħaddiem ikun qed jiċċaqlaq b'veloċitajiet normali. Jekk isseħħ waqgħa mill-għoli, tiġi attivata
sistema ta' sospensjoni li tipperċepixxi l-veloċità, u b'hekk twaqqaf il-waqgħa u tassorbi ħafna mill-enerġija li tkun inħolqot.
Għandhom jiġu evitati movimenti għal għarrieda jew rapidi matul operazzjoni tax-xogħol normali, għax dan jista' jikkawża
l-SRD biex jillokkja. Għal waqgħat li jseħħu qrib il-punt fejn tieqaf topera l-linja tas-salvataġġ, ġiet inkorporata sistema tar-
riżerva tal-linja tas-salvataġġ jew Assorbitur tal-Enerġija biex jitnaqqsu l-forzi ta' twaqqif ta' waqgħa mill-għoli.
2.4
APPOĠĠ GĦALL-ĠISEM: Irid jintuża Irbit tas-Sikurezza li Jkopri l-Ġisem Sħiħ ma' Apparat li Jinġibed Lura Fuqu Nnifsu. Il-
punt ta' konnessjoni tal-irbit tas-sikurezza jrid ikun 'il fuq miċ-ċentru tal-gravità tal-utent. Mhux awtorizzat li jintuża ċinturin
tal-ġisem ma' Apparat li Jinġibed Lura Fuqu Nnifsu. Jekk isseħħ waqgħa meta tkun qed tuża ċ-ċinturin tal-ġisem tista' tikkawża
rilaxx involontarju jew trawma fiżika minħabba appoġġ tal-ġisem mhux adattat.
2.5
KOMPATIBILITÀ TAL-KOMPONENTI: Jekk mhux notifikat mod ieħor, it-tagħmir ta' 3M huwa maħsub għall-użu ma'
komponenti u subsistemi approvati ta' 3M biss. Sostituzzjonijiet jew tibdil li jsir b'komponenti jew subsistemi mhux approvati
jistgħu jipperikolaw il-kompatibbiltà tat-tagħmir u jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-sistema sħiħa.
2.6
KOMPATTIBBILTÀ TAL-KONNETTURI: Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta' konnessjoni
meta jkunu ġew iddisinjati li jaħdmu flimkien, b'mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx lill-gate mechanisms
(mekkaniżmi ta' bibien) tagħhom li jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw ruħhom. Ikkuntattja lil 3M jekk
ikollok xi mistoqsijiet dwar kompatibbiltà. Il-konnetturi (ganċijiet, carabiners, u D-Rings) għandhom ikunu kapaċi jirreżistu
tal-anqas 22.2 kN (5,000 libbra). Il-konnetturi jridu jkunu kompatibbli mal-komponenti tas-sistema ta' ankraġġ jew ma' dawk
ta' sistemi oħra. Tużax tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Il-konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu jinħallu b'mod mhux
intenzjonat (Ara Figura 5). Il-konnetturi għandhom ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u saħħa. Huma meħtieġa snap hooks u
carabiners li jingħalqu waħedhom (self-locking).Jekk l-element ta' konnessjoni li miegħu jkun marbut snap hook jew carabiner,
ikun ta' qies żgħir jew ikollu forma irregolari, tista' tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta' konnessjoni japplika forza fuq
il-bieba tas-snap hook jew carabiner (A). Din il-forza tista' tikkawża li tinfetaħ il-bieba (B), u tippermetti li s-snap hook jew
carabiner jinħallu mill-punt tal-konnessjoni (C).
2.7
BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma' dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip self-locking
(jingħalqu waħedhom). Żgura li l-konnessjonijiet kollha huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Tużax tagħmir li mhuwiex
kompatibbli. Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin. Il-konnetturi ta' 3M (snap hooks u
carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-prodott għall-utent ta' kull wieħed minnhom.
Ara Figura 6 għal eżempji ta' konnessjonijiet mhux xierqa.
Tqabbadx snap hooks u carabiners:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B.
B'mod li jirriżulta f'tagħbija fuq il-bieba. Throat snap hooks kbar m'għandhomx jiġu kkonnettjati ma' D-rings ta' qies
standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba (gate) jekk il-ganċ jew id-D-ring jitmejlu jew iduru, sakemm
is-snap hook użata ma tkunx mgħammra b'bieba ta' 16 kN (3,600 libbra).
C.
F'rabta falza (false engagement), fejn id-daqs u l-forma tal-konnetturi pariġġhom ma jkunux kompatibbli, u mingħajr
konferma viżiva, il-konnetturi jkunu jidhru marbutin għal kollox.
D.
Ma' xulxin.
E.
Direttament maċ-ċinturin tas-sikurezza jew il-ħabel tal-lanyard jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur
kemm għal-lanyard kif ukoll għall-konnettur ma jippermettux speċifikament tali konnessjoni).
F.
Ma' kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b'mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jissakkrux, jew jekk jista' jsir roll-out.
G.
B'mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
Tip ta' Użu
Eżempji tal-Applikazzjoni
Mhux Frekwenti sa
Salvataġġ u Spazju Magħluq,
Ħafifa
Manutenzjoni tal-Fabbrika
Moderata sa Tqila
Trasport, Bini Residenzjali,
Utilitajiet, Maħżen
Severa sa Kontinwa
Bini Kummerċjali, Żejt u Gass,
Estrazzjoni mill-Minjieri
1 Persuna Awtorizzata: Persuna assenjata minn min iħaddem biex twettaq dmirijiet f'post fejn il-persuna se tkun esposta għal periklu ta' waqgħa mill-għoli.
2 Ħaddiem ta' salvataġġ: Persuna jew persuni, minbarra l-individwu li jkun qed jiġi salvat, li jaġixxu biex iwettqu salvataġġ assistit mill-operazzjoni ta' sistema tas-salvataġġ.
3 Persuna Kompetenti: Individwu mqabbad minn min iħaddem biex ikun responsabbli għas-superviżjoni immedjata, l-implimentazzjoni, u l-monitoraġġ tal-programm
tal-protezzjoni minn waqgħa mill-għoli amministrat minn min iħaddem, li, permezz ta' taħriġ u għarfien, huwa kapaċi li jidentifika, jivvaluta, u jindirizza perikli
eżistenti jew potenzjali ta' waqgħa mill-għoli, u li għandu l-awtorizzazzjoni ta' min iħaddem li jieħu azzjoni korrettiva fil-pront fir-rigward ta' tali perikli.
Tabella 2 – Skeda tal-Ispezzjoni
Kundizzjonijiet tal-Użu
Kundizzjonijiet Tajbin għall-Ħażna, Użu Ġewwa jew
Użu Barra Mhux Frekwenti, Temperatura Ambjentali,
Ambjenti Nodfa
Kundizzjonijiet Xierqa għall-Ħażna, Użu Ġewwa u Użu
Barra fit-Tul, it-Temperaturi Kollha, Ambjenti Nodfa
jew bit-Trab
Kundizzjonijiet Ħarxa għall-Ħażna, Użu Barra fuq
Perjodu Twil ta' Żmien jew Kontinwu, it-Temperaturi
Kollha, Ambjenti Maħmuġa
191
jew mill-ħaddiema ta' salvataġġ
1
li ma tkunx l-utent.
3
Frekwenza tal-
Ispezzjoni
Persuna Kompetenti
Annwali
Kull Sitt Xhur jew Darba
fis-Sena
Darba kull Tliet Xhur
għal Darba kull Sitt
Xhur
2
Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido