221
Użu Maħsub
It-3M™ Touch Systems Touch Displays huma ddisinjati għall-input bil-mess u ttestjati
biex jissostitwixxu displej eżistenti. Dawn id-displejs huma maħsuba għal installazzjoni
professjonali u biex jintużaw f'ambjent ta' ġewwa. Dawn mhumiex maħsuba jew
ittestjati biex jintużaw f'postijiet perikolużi. L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra ma
ġiex evalwat minn 3M u jista' jwassal għal nuqqas ta' sigurtà.
Noti Importanti
F'sitwazzjonijiet ta' temperaturi u umdità estremi, tista' tosserva kondensazzjoni bejn
is-sensor u d-displej. Sabiex tnaqqas din il-kundizzjoni, poġġi l-unità fejn ser tintuża u
ħalli perjodu ta' stabbilizzazzjoni ambjentali ta' 24 siegħa qabel ma tixgħel id-displej.
Kull kondensazzjoni li tinnota hija temporanja u mhux ser ikollha effetti fit-tul fuq l-
operat tad-displej.
Meta taqla' l-wajer tal-elettriku, żomm il-plakka, u tiġbidx mill-wajer.
Tikkonnettjax jew tiskonnettja dan il-prodott matul maltempata bir-ragħad jew sajjetti.
Installa d-displej f'żona ventilata sew. Dejjem żomm ventilazzjoni tajba sabiex tevita li d-
displej jisħon iżżejjed u tiżgura li jaħdem f'mod affidabbli u kontinwu.
Tesponix dan id-displej għad-dawl tax-xemx jew sħana diretta. Is-sħana passiva tista' tikkawża
ħsara lill-kaxxa u partijiet oħrajn.
Karatteristika inerenti tas-sensor tal-PCT huwa d-disinn ta' grilja fina li jista' jkun viżibbli taħt
ċertu kundizzjonijiet tad-dawl.
Tinstallax dan id-displej f'żoni fejn jistgħu jiġu ġġenerati vibrazzjonijiet estremi. Pereżempju,
tagħmir tal-manifattura li jinstab fil-viċinanzi jista' jipproduċi vibrazzjonijiet qawwijin. Il-
vibrazzjonijiet jistgħu jikkawżaw id-displej biex juri stampa skulurita jew kwalità tal-vidjow
bagħtuta.
Il-kontrolluri tal-mess 3M imsemmija f'dan id-dokument huma apparat ta' veloċità sħiħa li
huma kompatibbli mal-USB.
3M ma tiggarantix li aħna konformi mal-USB skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-USB.
Kif iżżomm it-Touch Display Tiegħek
Biex iżżomm id-displej tiegħek u żommu jaħdem bl-aħjar prestazzjoni:
Żomm id-displej u t-touch sensor nodfa.
Aġġusta l-kontroll tal-vidjow tad-displej
Tinstallax id-displej f'post fejn il-ventilazzjoni hija ostakolata.
Kura u Tindif tat-Touch Sensor
3M Touch Systems tirrakomanda li inti tnaddaf il-wiċċ tat-touch sensor tal-ħġieġ
perjodikament. Kun ċert li titfi d-displej qabel tnaddaf.
Tipikament, soluzzjoni tal-alkoħol tal-isopropil u tal-ilma bi proporzjon ta' 50:50 hija l-
aħjar aġent biex tnaqqaf it-touch sensor tiegħek.
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc. –
Gwida għall-Utent għal 3M™ Multi-Touch Display
TSD-44310 REV C